EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018SC0313

DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI SOMMARJU EŻEKUTTIV TAL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT Li jakkumpanja d-dokument Proposta ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) 283/2014

SWD/2018/313 final

Brussell, 6.6.2018

SWD(2018) 313 final

DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI

SOMMARJU EŻEKUTTIV TAL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT

Li jakkumpanja d-dokument

Proposta ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) 283/2014

{COM(2018) 438 final}
{SEC(2018) 292 final}
{SWD(2018) 312 final}


Il-proposta tal-Kummissjoni tissejjes fuq Valutazzjoni tal-Impatt (VI) imressqa lill-Bord ta’ Skrutinju Regolatorju fil-21 ta’ Marzu 2018. Il-Bord ħareġ opinjoni pożittiva fuqha mingħajr riżervi (ref. “MFF – CEF”). B’mod partikulari, il-Bord irrakkomanda li tissaħħaħ id-deskrizzjoni tal-arranġamenti għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programm, li tiġi spjegata aħjar il-koerenza ma’ programmi oħra tal-UE, u li jingħataw aktar dettalji dwar kif it-twessigħ tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-programm se jsaħħaħ in-natura transfruntiera tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE). Ir-rakkomandazzjonijiet mogħtija mill-Bord fl-opinjoni tiegħu ġew riflessi fil-verżjoni aħħarija tar-rapport tal-VI.

Bi qbil mal-approċċ ġenerali għall-valutazzjonijiet tal-impatt kollha marbutin mal-QFP, il-VI għall-QFP iffukat fuq il-bidliet u l-għażliet ta’ politika previsti fil-proposta leġiżlattiva. B’mod partikulari, ir-rapport spjega l-istruttura u l-prijoritajiet għat-tkomplija proposta tal-programm FNE, u stħarreġ l-alternattivi għal implimentazzjoni ottimali.

Ir-rapport tal-VI xorob minn tagħlimiet u mill-esperjenza mill-FNE attwali, filwaqt li bħala s-sors ewlieni ta’ data uża l-iktar evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu riċenti tal-FNE (flimkien mar-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika miftuħa organizzata bħala parti minn sensiela ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi li koprew il-firxa kollha tal-finanzjament futur tal-UE, u bħala parti minn skambji iktar immirati mal-partijiet ikkonċernati rigward sinerġiji u l-enerġija rinnovabbli).

Bl-għajnuna tat-tagħlimiet meħuda, u filwaqt li tqiesu l-isfidi u l-iżviluppi l-ġodda (partikularment fil-qasam tas-settur diġitali), ġie vvalutat jekk l-għanijiet kellhomx jiġu aġġustati għat-tkomplija tal-programm. L-isfidi li ġejjin għall-programm il-ġdid tal-FNE ġew stabbiliti, u saret il-valutazzjoni dwar kif l-FNE tista’ tilħaq l-għanijiet komuni tal-QFP, fosthom is-simplifikazzjoni, aktar flessibbiltà u prestazzjoni mtejba.

L-istruttura u l-prijoritajiet, il-kalibrar mal-FNE attwali, u l-mekkaniżmu eżekuttiv mistenni tal-programm il-ġdid ġew diskussi mill-perspettiva ta’ implimentazzjoni effettiva tal-programm li tilħaq l-għanijiet stabbiliti. Ġew ivvalutati għażliet alternattivi ta’ implimentazzjoni, b’mod partikulari għat-twessigħ tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-programm, kemm fil-pilastru diġitali u kemm għall-Proġetti ta’ Enerġija Rinnovabbli ta’ Interess Ewropew. Il-VI eżaminat ukoll alternattivi u kapaċitajiet għat-tisħiħ tas-sinerġiji fost is-setturi fil-qafas tal-programm.

Top