EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0604

Kawża C-604/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Administrativo e Fiscal de Braga, Juízo Administrativo Comum (il-Portugall) fit-28 ta’ Settembru 2021 – Vapo Atlantic SA vs Entidade Nacional para o Setor Energético E.P.E. (ENSE) et

ĠU C 11, 10.1.2022, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Administrativo e Fiscal de Braga, Juízo Administrativo Comum (il-Portugall) fit-28 ta’ Settembru 2021 – Vapo Atlantic SA vs Entidade Nacional para o Setor Energético E.P.E. (ENSE) et

(Kawża C-604/21)

(2022/C 11/23)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Administrativo e Fiscal de Braga, Juízo Administrativo Comum

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Vapo Atlantic SA

Konvenut: Entidade Nacional para o Setor Energético E.P.E. (ENSE)

Partijiet oħra fil-proċedura: Fundo Ambiental, Fundo de Eficiência Energética (FEE)

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ l-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li d-determinazzjoni tal-perċentwali ta’ bijokarburanti li, bis-saħħa tal-Artikolu 7a tad-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE (2), introdott permezz tad-Direttiva 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li temenda d-Direttiva 98/70/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-petrol, tad-diżil u taż-żejt tal-gass u li tintroduċi mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-karburant użat mill-bastimenti tal-passaġġi tal-ilma interni u li tħassar id-Direttiva 93/12/KEE (3), u b’mod konformi mal-għan imsemmi fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (4), operatur ekonomiku speċifiku huwa obbligat li jinkorpora fil-karburanti li huwa jirrilaxxa għall-konsum, bħalma huwa l-każ fil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni, taqa’ taħt il-kunċett ta’ “ħtieġa oħra”, għall-finijiet tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 98/34?

2)

L-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 98/34, meta jindika “għajr fejn dan sempliċiment jittrasponi t-test ta’ standard internazzjonali jew Ewropew”, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jeskludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tiddetermina l-perċentwali ta’ inkorporazzjoni ta’ bijokarburanti, skont l-Artikolu 7a(2) tad-Direttiva 98/70, introdott permezz tad-Direttiva 2009/30, u b’mod konformi mal-għan imsemmi fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2009/28?

3)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2009/30 u l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva (UE) 2015/1513 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Settembru 2015 li temenda d-Direttiva 98/70/KE dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (5) għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jikkostitwixxu klawżoli ta’ salvagwardja previsti minn atti tal-Komunità vinkolanti fis-sens tat-tielet inċiż tal-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 98/34?

4)

Jekk ir-risposta għad-domandi preċedenti ma tirrendix din id-domanda superfluwa, l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 98/34 għandu jiġi interpretat fis-sens li dispożizzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-proċedura fil-kawża prinċipali, li tiddetermina l-perċentwali ta’ inkorporazzjoni ta’ bijokarburanti b’applikazzjoni tal-Artikolu 7a(2) tad-Direttiva 98/70, introdott permezz tad-Direttiva 2009/30, ma tistax tiġi invokata kontra l-operaturi ekonomiċi?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 337.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 23, p. 182, rettifika fil-ĠU 2015, L 116, p. 25.

(3)  ĠU 2009, L 140, p. 88, rettifika fil-ĠU 2015, L 116, p. 25.

(4)  ĠU 2009, L 140, p. 16.

(5)  ĠU 2015, L 239, p. 1, rettifika fil-ĠU 2016, L 234, p. 26.


Top