EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CN0363
Case C-363/18: Request for a preliminary ruling from the Conseil d’État (France) lodged on 4 June 2018 — Association Organisation juive européenne, Société Vignoble PSAGOT Ltd v Ministre de l’Économie et des Finances
Kawża C-363/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fl-4 ta’ Ġunju 2018 – Organisation juive européenne, Vignoble Psagot Ltd vs Ministre de l’Économie et des Finances
Kawża C-363/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fl-4 ta’ Ġunju 2018 – Organisation juive européenne, Vignoble Psagot Ltd vs Ministre de l’Économie et des Finances
ĠU C 276, 6.8.2018, p. 27–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Kawża C-363/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fl-4 ta’ Ġunju 2018 – Organisation juive européenne, Vignoble Psagot Ltd vs Ministre de l’Économie et des Finances
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fl-4 ta’ Ġunju 2018 – Organisation juive européenne, Vignoble Psagot Ltd vs Ministre de l’Économie et des Finances
(Kawża C-363/18)
2018/C 276/35Lingwa tal-kawża: il-FranċiżQorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Organisation juive européenne, Vignoble Psagot Ltd
Konvenut: Ministre de l’Économie et des Finances
Domandi preliminari
Id-dritt tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari r-Regolament Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi ( 1 ), meta l-indikazzjoni tal-oriġini ta’ prodott li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament tkun obbligatorja, jeżiġi, fir-rigward ta’ prodott li joriġina minn territorju okkupat mill-Iżrael sa mill-1967, l-indikazzjoni ta’ dan it-territorju u indikazzjoni li tispeċifika li l-prodott joriġina minn kolonja Iżraeljana jekk dan ikun il-każ? Fin-nuqqas ta’ dan, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament, b’mod partikolari dawk tal-Kapitolu VI tiegħu, jippermettu li Stat Membru jeżiġi tali indikazzjonijiet?
( 1 ) Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, p. 18).