EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0461

Kawża C-461/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (l-Irlanda) fit-28 ta’ Lulju 2017 – Brian Holohan, Richard Guilfoyle, Noric Guilfoyle, Liam Donegan vs An Bord Pleanála

ĠU C 338, 9.10.2017, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (l-Irlanda) fit-28 ta’ Lulju 2017 – Brian Holohan, Richard Guilfoyle, Noric Guilfoyle, Liam Donegan vs An Bord Pleanála

(Kawża C-461/17)

(2017/C 338/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court (l-Irlanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Brian Holohan, Richard Guilfoyle, Noric Guilfoyle u Liam Donegan

Konvenut: An Bord Pleanála

Domandi preliminari

a)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (1), tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, kif emendata, għandha l-effett li dikjarazzjoni tal-impatt ambjentali (Natura impact statement) għandha tidentifika l-firxa kollha tal-habitats u tal-ispeċi li għalihom is-sit huwa elenkat?

b)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, kif emendata, għandha l-effett li l-impatt potenzjali fuq l-ispeċi kollha (mhux biss speċi protetti) li jikkontribwixxu u li jagħmlu parti minn habitat protett għandu jiġi identifikat u diskuss f’dikjarazzjoni tal-impatt ambjentali?

c)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, kif emendata, għandha l-effett li dikjarazzjoni tal-impatt ambjentali għandha tindirizza espressament l-impatt tal-iżvilupp propost fuq l-ispeċi u l-habitats protetti li t-tnejn jinsabu fis-sit ŻSK kif ukoll speċi u habitats li jinsabu barra mill-konfini tiegħu?

d)

Id-Direttiva 2011/92/UE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata, għandha l-effett li dikjarazzjoni tal-impatt ambjentali għandha tindirizza espressament jekk l-iżvilupp propost huwiex ser ikollu impatt sinjifikattiv fuq l-ispeċi identifikati fid-dikjarazzjoni?

e)

Alternattiva li ġiet ikkunsidrata mill-iżviluppatur u li ġiet diskussa fl-evalwazzjoni tal-impatt ambjentali, u/jew li ġiet sostnuta minn uħud mill-partijiet interessati, u/jew li ġiet ikkunsidrata mill-awtorità kompetenti, għandha titqies bħala “alternattiva ewlenija” fis-sens tal-Artikolu 5(3)(d) tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata, anki jekk din tkun ġiet skartata mill-iżviluppatur fi stadju bikri?

f)

Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata, għandha l-effett li evalwazzjoni tal-impatt ambjentali għandha tinkludi biżżejjed informazzjoni dwar l-impatt ambjentali ta’ kull alternattiva sabiex ikun jista’ jitwettaq paragun bejn ix-xewqat ambjentali tal-alternattivi differenti; u/jew li għandu jiġi espressament indikat fid-dikjarazzjoni tal-impatt ambjentali b’liema mod ittieħdu inkunsiderazzjoni l-effetti ambjentali tal-alternattivi?

g)

Ir-rekwiżit li jinsab fl-Artikolu 5(3)(d) tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata, li r-raġunijiet għall-għażla tal-iżviluppatur għandhom jittieħdu “fid-dawl tal-effetti fuq l-ambjent”, japplika biss għall-alternattiva magħżula jew anki għall-alternattivi ewlenin studjati, b’tali mod li tkun meħtieġa analiżi ta’ dawn l-alternattivi sabiex jiġu indirizzati l-effetti ambjentali tagħhom?

h)

Il-fatt li dettalji tal-fażi tal-kostruzzjoni (pereżempju s-sit tal-kostruzzjoni u r-rotot) jistgħu jiġu deċiżi wara li jingħata l-kunsens huwa kompatibbli mal-kisba tal-għanijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, kif emendata, u jekk dan ikun il-każ, awtorità kompetenti tista’ tippermetti li kwistjonijiet bħal dawn jiġu ddeterminati permezz ta’ deċiżjoni unilaterali tal-iżviluppatur, fil-kuntest ta’ kwalunkwe permess ta’ żvilupp maħruġ, li għandha tiġi nnotifikata lill-awtorità kompetenti minflok tiġi approvata minnha?

i)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, kif emendata, għandha l-effett li awtorità kompetenti għandha tirreġistra, b’mod suffiċjentement iddetalljat u ċar sabiex jitneħħa kull dubju dwar it-tifsira u l-effett ta’ tali opinjoni, sa fejn l-opinjoni xjentifika ppreżentata lilha targumenta favur il-kisba ta’ informazzjoni addizzjonali qabel il-ħruġ tal-permess tal-iżvilupp?;

j)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, kif emendata, għandha l-effett li l-awtorità kompetenti għandha tagħti raġunijiet jew raġunijiet iddettaljati għaċ-ċaħda ta’ konklużjoni tal-ispettur tagħha li hija meħtieġa informazzjoni addizzjonali jew studju xjentifiku qabel il-ħruġ ta’ permess tal-iżvilupp?; u

k)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, kif emendata, għandha l-effett li awtorità kompetenti, fit-twettiq ta’ evalwazzjoni xierqa, għandha tipprovdi raġunijiet iddettaljati u espressi għal kull element tad-deċiżjoni tagħha?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102.

(2)  ĠU 2012, L 26, p. 1.


Top