EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CJ0491

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (ir-Raba' Awla) tal-10 ta' Ġunju 2010.
Il-Kummissjoni Ewropea vs ir-Repubblika Taljana.
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-habitats naturali - Fawna u flora selvaġġa - Siti ta' importanza Komunitarja -Sistema ta' protezzjoni - Kumpless turistiku "Is Arenas".
Kawża C-491/08.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2010:330





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Ġunju 2010 – Il‑Kummissjoni vs L-Italja

(Kawża C‑491/08)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 92/43/KEE – Konservazzjoni tal-habitats naturali – Fawna u flora selvaġġa – Sit ta’ importanza Komunitarja –Sistema ta’ protezzjoni – Kumpless turistiku ‘Is Arenas’”

1.                     Ambjent – Konservazzjoni tal-habitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa – Direttiva 92/43(Direttiva tal-Kunsill 92/43, Artikoli 3(1) u 4(1)) (ara l-punti 30, 31)

2.                     Ambjent – Konservazzjoni tal-habitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa – Direttiva 92/43(Direttiva tal-Kunsill 92/43, Artikolu 6(2)) (ara l-punti 38-40, 42, 43)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102) – Sit ta’ importanza Komunitarja – Sit “Is Arenas” – Żvilupp ta’ korsa tal-golf.

Dispożittiv

1)

Fir-rigward tal-proġett tal-kumpless turistiku u immobiljari “Is Arenas” li jaffettwa s-sit “Is Arenas”

 

– billi ma adottatx, qabel id-19 ta’ Lulju 2006, data ta’ iskrizzjoni tas-sit “Is Arenas” fil-lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja, miżuri ta’ protezzjoni adatti, fid-dawl tal-għan ta’ konservazzjoni stipulat fid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, sabiex jiġi ppreżervat l-interess ekoloġiku rilevanti li s-sit propost bħala sit ta’ importanza Komunitarju għandu fuq livell nazzjonali u, b’mod partikolari billi ma pprojbixxietx intervent li jista’ serjament jikkomprometti l-karatteristiċi ekoloġiċi tas-sit, u

billi ma adottatx, wara d-19 ta’ Lulju 2006, il-miżuri xierqa sabiex tevita d-deterjorament tal-habitats naturali li għalihom ġie nnominat l-imsemmi sit ta’ importanza Komunitarja,

 

ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva 92/43 u, b’mod iktar partikolari, fir-rigward tat-tieni lment, taħt l-Artikolu 6(2) tagħha.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.

Top