EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0288

Kawża C-288/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas- 16 ta' Settembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) — Ir-Renju Unit) — The Commissioners of Her Majesty's Revenue & Customs vs Isle of Wight Council, Mid-Suffolk District Council, South Tyneside Metropolitan Borough Council, West Berkshire District Council (Sitt Direttiva tal-VAT — Artikolu 4(5) — Attivitajiet imwettqa minn korp irregolat mid-dritt pubbliku — Operat ta' żoni ta' parking bi ħlas — Distorsjoni tal-kompetizzjoni — Tifsira ta' l-espressjonijiet iwassal għal u sinjifikanti )

ĠU C 301, 22.11.2008, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 301/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta' Settembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) — Ir-Renju Unit) — The Commissioners of Her Majesty's Revenue & Customs vs Isle of Wight Council, Mid-Suffolk District Council, South Tyneside Metropolitan Borough Council, West Berkshire District Council

(Kawża C-288/07) (1)

(Sitt Direttiva tal-VAT - Artikolu 4(5) - Attivitajiet imwettqa minn korp irregolat mid-dritt pubbliku - Operat ta' żoni ta' parking bi ħlas - Distorsjoni tal-kompetizzjoni - Tifsira ta' l-espressjonijiet “iwassal għal’ u “sinjifikanti’)

(2008/C 301/16)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Chancery Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: The Commissioners of Her Majesty's Revenue & Customs

Konvenuti: Isle of Wight Council, Mid-Suffolk District Council, South Tyneside Metropolitan Borough Council, West Berkshire District Council

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Justice (Chancery Division) (England & Wales) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(5) tad-Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p.1) — Attivitajiet jew operazzjonijiet imwettqa minn korp irregolat mid-dritt pubbliku bħala awtorità pubblika — Żoni ta' parking bi ħlas li jinsabu barra minn toroq prinċipali pubbliċi — Eżenzjoni minn taxxa li twassal għal distorsjoni ta' kompetizzjoni — Kunċett ta' “distorsjoni tal-kompetizzjoni” — Kriterji ta' evalwazzjoni.

Dispożittiv

1)

It-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 4(5) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-distorsjonijiet sinifikanti tal-kompetizzjoni li għalihom twassal l-eżenzjoni tal-korpi rregolati mid-dritt pubbliku li jaġixxu bħala awtoritajiet pubbliċi għandhom jiġu evalwati fir-rigward ta' l-attività in kwistjoni, inkwantu tali, mingħajr ma din l-evalwazzjoni tirrigwarda suq lokali in partikolari.

2)

It-termini “iwassal għal” skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 4(5) tas-Sitt Direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li jieħdu in kunsiderazzjoni mhux biss il-kompetizzjoni attwali, iżda wkoll il-kompetizzjoni potenzjali, safejn il-possibbiltà għal operatur privat li jidħol fis-suq rilevanti tkun reali, u mhux purament ipotetika.

3)

L-espressjoni “sinifikanti”, skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 4(5) tas-Sitt Direttiva, għandha tinftiehem fis-sens li d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni attwali jew potenzjali għandhom ikunu akbar minn dawk li huma tant żgħar li ma jkollhomx għalfejn jitqiesu.


(1)  ĠU C 199, 25.8.2007.


Top