EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0147

Kawża C-147/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tal- 31 ta' Jannar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttivi 80/778/KEE u 98/83/KE — Kwalità ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem — Konċentrazzjoni massima f'nitrati u pestiċidi — Applikazzjoni żbaljata)

ĠU C 79, 29.3.2008, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 79/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tal-31 ta' Jannar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża

Kawża C-147/07 (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttivi 80/778/KEE u 98/83/KE - Kwalità ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem - Konċentrazzjoni massima f'nitrati u pestiċidi - Applikazzjoni żbaljata)

(2008/C 79/14)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán, J. Hottiaux u J.-B. Laignelot, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u S. Gasri, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu ma' l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE, tat-3 ta' Novembru 1998, dwar il-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 330, p. 32) — Qbiż, f'ċerti dipartimenti, tal-parametri kimiċi stabbiliti fil-parti B ta' l-Anness I tad-Direttiva 98/83 — Nitrati u pestiċidi

Dispożittiv

1)

Billi ma adottatx il-miżuri neċessarji kollha sabiex tikkonforma ruħha ma' l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE, tat-3 ta' Novembru 1998, dwar il-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

2)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 95, 28.4.2007.


Top