EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008PC0761

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (Verżjoni kkodifikata)

/* KUMM/2008/0761 finali - CNS 2008/0225 */

52008PC0761




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 28.11.2008

KUMM(2008) 761 finali

2008/0225 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa

(Verżjoni kkodifikata)(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Fl-isfond ta’ Ewropa għall-poplu, il-Kummissjoni tisħaq li tissimplifika u tiċċara l-liġi tal-Komunità sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli liċ-ċittadin komuni u b’hekk toffrilu aktar opportunitajiet u ċ-ċans li juża d-drittijiet speċifiċi li tagħtih.

Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi b’mod sostanzjali, jibqgħu imferxin bejn l-att oriġinali u atti segwenti li jemendaw l-oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ riċerka mdaqqsa li tqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r-regoli preżenti.

Għalhekk hu essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tal-Komunità tkun ċara u trasparenti.

2. Għalhekk fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att leġislattiv għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, u tenfasizza li din hi kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw li jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke wara inqas emendi biex jiżguraw li r-regoli tal-Komunità huma ċari u jinftiehmu malajr.

3. Il-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) ikkonfermaw dan[2], waqt li saħqu l-importanza tal-kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza għal-liġi applikabbli.

Il-kodifikazzjoni għandha sseħħ skond il-proċedura normali leġislattiva tal-Komunità.

Għalkemm l-ebda bidla sostanzjali ma tista ssir lill-atti li jiġu kkodifikati, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu permezz ta’ ftehim interistituzzjonali ta’ l-20 ta’ Diċembru 1994 li jistgħu jużaw proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni bikrija ta’ atti ta’ kodifikazzjoni.

4. L-għan ta’ din il-proposta hu li sseħħ il-kodifikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta’ Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħjom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa[3]. Ir-Regolament il-ġdid jissupera lill-atti varji inkorporati fih[4]; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu ta’ l-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kull ma tagħmel hu li tgħaqqadhom bl-emendi formali biss kif meħtieġ mill-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu.

5. Il-proposta tal-kodifikazzjoni nħasbet a bażi ta’ konsolidazzjoni preliminarja fl-ilsna kollha uffiċjali tar-Regolament (KE) Nru 539/2001 u ta’ l-atti li jemendawh, magħmula mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ data. Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri ġodda u qodma tidher fit-tabella misjuba fl-Anness IV tar-Regolament kkodifikat.

ê 539/2001

2008/0225 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhjom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (verżjoni kkodifikata)

IL- KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-punt (2)(b)(i) ta' l-Artikolu 62,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[5],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[6],

Billi:

ê

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta’ Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħjom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa[7] ġie emendat kemm-il darba[8] b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

ê 2414/2001 Art. 1 pt. 1 (adattat)

(2) Dan ir-Regolament Ö għandu jipprovdi Õ għal armonizzazzjoni sħiħa rigward il-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma bla ħsara għall-ħtieġa tal-viża meta jaqsmu l-limiti ta' barra ta' l-Istati Membri u li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa.

ê 539/2001 premessa 5 l-ewwel sentenza

(3) Id-determinazzjoni ta' dawk il-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma suġġetti għall-ħtieġa tal-viża, u dawk eżentati minnha, hija rregolata minn kriterja meqjusa, bl-assessjar tal-każ b'każ tal-varjetà tal-kriterja li tirrigwardja, inter alia , l-immigrazzjoni illegali, l-istrateġija u s-sigurtà publika, u tar-relazzjonijiet esterni ta' l-Unjoni Ewropea ma’ pajjiżi terzi, konsiderazzjoni għandha wkoll tkun mogħtija għall-implikazzjonijiet ta' l-għaqda u r-reċiproċità.

ê 539/2001 premessa 6 (adattat)

(4) Minħabba li l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jeżenta ċ-ċittadini ta' l-Islanda, Liechtenstein u tan-Norveġja mill-ħtieġa tal-viża, dawk il-pajjiżi Ö m’għandhomx ikunu Õ inklużi fil-lista Ö tal-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti mill-ħtieġa tal-viża Õ.

ê 453/2003 premessa 3 (adattat)

(5) Minħabba li l-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu ta' persuni, jippermetti moviment liberu mingħajr viżi għal ċittadini Svizzeri u ta' l-Istati Membri, l-Isvizzera m'għandhiex Ö tkun inkluza fil-lista tal-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti mill-ħtieġa tal-viża Õ.

ê 539/2001 premessa 8 (adattat)

(6) F'każi speċifiċi meta r-regoli speċjali tal-viża huma ġġustifikati, l-Istati Membri Ö għandhom ikunu Õ jistgħu jeżentaw ċerti kategoriji ta' persuni mill-ħtieġa tal-viża jew li jimponuha fuqhom bi qbil mal-liġi jew il-konswetudini internazzjonali pubblika.

ê 539/2001 premessa 7 (adattat)

(7) F'dak li jirrigwardja persuni mingħajr stat u r-refuġjati rikonoxxuti, mingħajr preġudizzju għall-obbligi permezz tal-ftehim internazzjonali iffermati mill-Istati Membri u partikolarment il-Ftehim Ewropew dwar l-Abolizzjoni tal-Viżi għar-Refuġjati iffermat fi Strasbourg fl-20 ta' April 1959, id-deċiżjoni rigward il-ħtieġa jew l-eżenzjoni tal-viża għandha tkun ibbażata fuq il-pajjiż terz li fih dawk il-persuni jabitaw u li jkunu ħarġu d-dokumenti tal-ivjaġġar. B'dana kollu, meqjusa d-differenzi fil-leġislazzjoni nazzjonali applikabbli għall-persuni mingħajr stat u għal refuġjuti rikonoxxuti, l-Istati Membri Ö għandhom ikunu Õ jistgħu jiddeċiedu jekk dawn il-kategoriji ta' persuni Ö għandhomx Õ ikunu Ö eżentati Õ, meta l-pajjiż terz li fih dawn il-persuni jkunu abitanti u li joħroġ id-dokumenti għall-ivvjaġġar tagħhom ikun pajjiż terz li ċ-ċittadini tiegħu huma eżentati mill-ħtieġa tal-viża.

ê 1932/2006 premessa 7 (adattat)

(8) Ö Skond Õ ir-Regolament (KE) Nru 1931/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli dwar traffiku lokali tal-fruntiera fil-fruntieri esterni fuq l-art ta' l-Istati Membri u li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Schengen[9], eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża Ö għandha tkun disposta Õ għal detenturi ta' kard tat-traffiku tal-fruntiera lokali.

ê 1932/2006 premessa 5 (adattat)

(9) L-Istati Membri Ö għandhom ikunu Õ jistgħu jipprovdu għal eżenzjonijiet mill-ħtieġa tal-viża għal detenturi ta’ ċerti passaporti minbarra passaporti ordinarji.

ê 1932/2006 premessa 6 (adattat)

(10) L-Istati Membri Ö għandhom ikunu Õ jistgħu jeżentaw mill-ħtieġa tal-viża refuġjati rikonoxxuti, il-persuni kollha mingħajr stat, kemm dawk taħt il-Konvenzjoni dwar l-istatus ta' persuni mingħajr stat tat-28 ta' Settembru 1954 kif ukoll dawk barra l-kamp ta' applikazzjoni ta' dik il-Konvenzjoni, u tfal ta' l-iskola li jivjaġġaw f'ħarġiet ta' l-iskola fejn il-persuni ta' dawn il-kategoriji jkunu joqogħdu f'pajjiż terz Ö li ċ-ċittadini tiegħu huma eżentati mir-rekwiżit tal-viża għal soġġorni ta' anqas sitt xhur b'kollox Õ elenkat Ö f'dan ir-Õ Regolament.

(11) Eżenzjoni Ö ġenerali Õ mill-ħtieġa tal-viża għandha Ö wkoll Õ tiġi Ö stabbilita Õ għal persuni ta' dawk il-kategoriji li joqogħdu fi Stat Membru li ma ngħaqadx jew li għadu ma ngħaqadx maż-żona ta' Schengen, safejn huwa konċernat id-dħul (mill-ġdid) tagħhom fit-territorju ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor marbut mill- acquis ta' Schengen.

ê 1932/2006 premessa 8 (adattat)

(12) L-arranġamenti li jirregolaw l-eżenzjonijiet għall-ħtieġa tal-viża għandhom jirriflettu bis-sħiħ il-prattiki attwali. Ċerti Stati Membri jagħtu eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi Ö inklużi fil-lista tal-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma meħtieġa li jkollhom viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri Õ li huma membri tal-forzi armati li jkunu qed jivjaġġaw fuq xogħol tan-NATO jew tas-Sħubija għall-Paċi. Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, dawn l-eżenzjonijiet, li huma bbażati fuq obbligi internazzjonali esterni għad-dritt Komunitarju, għandhom madankollu jissemmew f' Ö dan Õ ir-Regolament.

ê 539/2001 premessa 9 (adattat)

(13) Bil-għan li jkun assigurat li s-sistema tkun amministrata mingħajr ħabi u li l-persuni kkonċernati jkunu infurmati, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw Ö lill-Kummissjoni u Õ l-Istati Membri l-miżuri li għandhom jittieħdu bis-saħħa ta' dan ir-Regolament. Għall-istess raġunijiet, l-informazzjoni għandha wkoll tkun ippubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

ê 539/2001 premessa 5 it-tieni sentenza (adattat)

(14) Ö Għandha ssir dispożizzjoni għal Õ mekkaniżmu tal-Komunità li jiffaċilita il-prinċipju ta' reċiproċità li għandu jkun implementat jekk wieħed mill-pajjiżi terzi inklużi Ö fil-lista ta’ pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti mill-ħtieġa li jkollhom viża Õ jiddieċedi li jagħmel liċ-ċittadini ta' wieħed jew aktar Stati Membri li jkunu suġġetti għall-obbligu tal-viża.

ê 851/2005 premessa 2 (adattat)

(15) Minħabba l-gravità ta’ sitwazzjonijiet ta’ non-reċiproċità, huwa essenzjali li dawn jiġu notifikati mingħajr eċċezzjoni mill-Istat(i) Membru(i) kkonċernat(i). Sabiex jiġi żgurat li l-pajjiż terz in kwistjoni jerġa’ japplika vjaġġar mingħajr viżi għaċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri kkonċernati, għandu jiġi pprovdut Ö għal Õ mekkaniżmu li jgħaqqad miżuri f’livelli u intensitajiet varjabbli li jistgħu jitwettqu bil-ħeffa. Għaldaqstant il-Kummissjoni għandha tieħu passi mal-pajjiż terz mingħajr dewmien, tirrapporta lill-Kunsill u tkun tista’ fi kwalunkwe mument tipproponi li l-Kunsill jadotta Ö miżura temporanja Õ li terġa’ ddaħħal il-ħtieġa ta’ viża għaċ-ċittadini tal-pajjiż terz in kwistjoni. L-użu ta’ tali Ö miżura temporanja Õ m’għandhiex tagħmilha impossibbli li l-pajjiż terz in kwistjoni jiġi trasferit Ö il-lista tal-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma meħtieġa li jkollhom fil-pussess tagħhom viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni ta' l-Istati Membri, kif stabbilit fl- Anness I Õ ta' dan ir-Regolament. Għandha wkoll tiġi pprovduta rabta temporali bejn id-dħul fis-seħħ tal-miżura Ö temporanja Õ u kwalunkwe proposta biex il-pajjiż Ö terz Õ jiġi trasferit għal-Ö lista f'dak l- ÕAnness.

ê 539/2001 premessa 10 (adattat)

(16) Il-kondizzjonijiet li jirregolaw id-dħul fit-territorju tal-Istati Membri jew il-ħruġ tal-viżi Ö m’għandhomx Õ jaffettwaw ir-regoli li bħalissa jirregolaw ir-rikonoxximent tal-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar.

ê 539/2001 premessa 2 (adattat)

(17) Dan ir-Regolament isegwi mill- acquis Schengen bi qbil mal-Protokoll li jintegraħ fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea, minn hawn ‘il quddiem referuta bħala l-“Protokoll Schengen”. Dan Ö m’għandux jaffettwa Õ l-obbligi ta’ l-Istati Membri li jiriżultaw mill- acquis kif definit fl-Anness A tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/435/KE ta' l-20 ta' Mejju 1999 li tikkonċerna d-definizzjoni ta’ l- acquis Schengen għall-iskop tad-determinazzjoni, b'konformità mad-dispożizzjonijiet relevanti tat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea u tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, il-bażi legali għal kull waħda mid-dispożizzjonijiet jew id-deċiżjonijiet li jikkostitwixxu l- acquis [10]. Dan ir-Regolament jikkostitwixxi aktar żvilupp ta' dawk id-dispożizzjonijiet li fir-rigward tagħhom koperazzjoni aktar mill-qrib kienet ġiet awtorizzata permezz tal-Protokoll Schengen.

ê 851/2005 premessa 7

(18) Fir-rigward ta’ l-Islanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l- acquis ta’ Schengen, fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen[11], li jaqa’ fi ħdan il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1(B) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim[12].

ê 1932/2006 premessa 12

(19) Fir-rigward ta’ l-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkonsisti fi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta' l- acquis ta' Schengen, fit-tifsira tal-Ftehim iffirmat mill-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l- acquis ta’ Schengen, li jaqa’ fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1(B) tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien ma’ l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta' Jannar 2008 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, u dwar l-applikazzjoni proviżorja ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera, dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l- acquis ta’ Schengen[13].

ê 2414/2001 premessa 4 (adattat)

(20) Skond l-Artikolu 1 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea, l-Irlanda u r-Renju Unit mhumiex qed jipparteċipaw fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament. Kosegwentement, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament Ö m’għandhomx japplikaw Õ għall-Irlanda jew għar-Renju Unit,

ê 539/2001 (adattat)

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, “viża” għandha tfisser l-awtorizzazzjoni maħruġha minn Stat Membru jew b'deċiżjoni meħudha minn tali Stat Ö MembruÕ li tkun meħtieġa bil-għan li:

(a) tad-dħul għal soġġorn intiż f'dak l-Istat Membru jew f'diversi Stati Membri ta' mhux aktar minn total ta' tlett xhur;

(b) tad-dħul għal transitu matul it-territorju ta' dak l-Istat Membru jew diversi Stati Membri, aparti milli għat-transitu f'ajruport.

Artikolu 2

1. Iċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I għandhom ikunu meħtieġa li jkollhom il-pussess ta' viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri.

ê 1932/2006 Art. 1(1)(a)

2. Mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet li joħorġu mill-Ftehim Ewropew dwar it-Tneħħija tal-Viżi għar-Refuġjati ffirmat fi Strasburgu fl-20 ta’April 1959, refuġjati rikonoxxuti u persuni mingħajr stat (apolidi) għandhom ikun meħtieġa li jkollhom viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni ta’ l-Istati Membri jekk il-pajjiż terz li fih huma residenti u li ħarġilhom id-dokument ta’ l-ivvjaġġar tagħhom huwa pajjiż terz elenkat fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

ê 539/2001 (adattat)

è1 2414/2001 Art. 1 pt. 2

Artikolu 3

è1 Ċittadini ta' pajjiżi terzi Ö elenkati Õ fl-Anness II għandhom jiġu eżentati mill-ħtieġa dikjarata fl-Artikolu 2 għal waqfien ta' mhux aktar minn tliet xhur b'kollox. ç

ê 1932/2006 Art. 1(1)(b) (adattat)

Dawn li ġejjin għandhom ukoll jiġu eżentati mill-ħtieġa tal-viża:

(a) iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament li huma deternturi ta’ Ö permess Õ tat-traffiku tal-fruntieri lokali maħruġa mill-Istati Membri skond ir-Regolament (KE) Nru 1931/2006 meta dawn id-detenturi jeżerċitaw id-dritt tagħhom fil-kuntest tar-reġim tat-traffiku tal-fruntieri lokali

(b) tfal ta’ l-iskola li huma ċittadini ta’ pajjiż terz elenkat fl-Anness I Ö ta' dan ir-Regolament Õ u li joqogħdu fi Stat Membru li japplika d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/795/ĠAI[14] u jkunu qed jivvjaġġaw fil-kuntest ta’ eskursjoni skolastika bħala membri ta’ grupp ta’ tfal ta’ l-iskola akkumpanjati minn għalliem mill-iskola konċernata;

(ċ) refuġjati rikonoxxuti u persuni mingħajr stat u persuni oħra li m'għandhomx iċ-ċittadinanza ta' kwalunkwe pajjiż li joqogħdu fi Stat Membru u huma detenturita' dokument ta' l-ivvjaġġar maħruġ minn dak l-Istat Membru.

ê 539/2001 (adattat)

Artikolu 4

Iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi ġodda li preċedentament kienu parti mill-pajjiżi Ö elenkati fl- Õ Annessi I u II għandhom ikunu suġġetti rispettivament għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 2 u 3 u sakemm il-Kunsill ma jiddeċiedix mod ieħor permezz tal-proċedura stabbilita fid-dispożizzjoni relevanti tat-Trattat.

Artikolu 5

1. Stat Membru jista ’ jipprovdi għal eċċezzjonijiet mill-ħtieġa tal-viża Ö msemmija Õ fl-Artikolu 2 jew mill-eżenzjoni mill-ħtieġa għall-viża Ö msemmija Õ fl-Artikolu 3, f'dak li jirrigwardja:

ê 1932/2006 Art. 1(3)(a)

(a) id-detenturi ta’ passaporti diplomatiċi, passaporti tas-servizz/uffiċjali jew passaporti speċjali skond waħda mill-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 1(1) u 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 789/2001[15];

ê 539/2001

(b) l-ekwipaġġ pajżana kemm ta' l-ajru u wkoll tal-baħar;

(ċ) l-ekwipaġġ tat-tirjira u l-attendenti fuq titjiriet ta' emerġenza jew salvataġġ u dawk l-oħrajn li jagħtu l-għajnuna fl-okkorrenza ta' xi disastru jew inċident;

(d) l-ekwipaġġ pajżana ta' vapuri li jbaħħlu f'ibħra internazzjonali;

(e) id-detenturi tal- laissez-passer maħruġ minn uħud mill-organizzazzjonijiet intergornamentali internazzjonali lill-uffiċjali tagħhom.

ê 1932/2006 Art. 1(3)(b) (adattat)

2. Stat Membru jista’ jeżenta mill-ħtieġa tal-viża:

(a) tifel/tifla ta’ l-iskola li jkollu/ha ċ-ċittadinanza ta’ pajjiż terz elenkat fl-Anness I li hu/hi residenti f’pajjiż terz elenkat fl-Anness II jew fl-Isvizzera u Liechtenstein u li jkun/tkun qed j/tivvjaġġa fil-kuntest ta’ eskursjoni skolastika bħala membru ta’ grupp ta’ tfal ta’ l-iskola akkumpanjati minn għalliem mill-iskola konċernata;

(b) refuġjati rikonoxxuti u persuni mingħajr stat jekk il-pajjiż terz fejn joqogħdu u li jkun ħareġ id-dokument ta’ l-ivvjaġġar tagħhom ikun wieħed mill-pajjiżi terzi elenkati fl-Anneess II;

(ċ) membri tal-forzi armati li jkunu qed jivvjaġġaw fuq xogħol tan-NATO jew tas-Sħubija għall-Paċi u detenturi ta’ ordnijiet ta’ identifikazzjoni u moviment previsti fil-Ftehim tad-19 ta’ Ġunju 1951 bejn il-Partijiet ta' l-Organizzazzjoni tat-Trattat tat-Tramuntana ta’ l-Atlantiku dwar l-istatus tal-forzi tagħhom.

ê 539/2001

3. Stat Membru jista jipprovdi għal eċċezzjonijiet mill-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża msemmija fl-Artikolu 3 f'dak li jirrigwardja l-persuni li jwettqu attività bi ħlas matul is-soġġorn tagħhom.

ê 539/2001 (adattat)

Artikolu 6

1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bil-miżuri Ö li jieħdu Õ bis-saħħa ta' l-Artikolu 5 Ö fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol bl-adozzjoni ta' dawk il-miżuri Õ.

ê 539/2001

2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-miżuri ikkommunikati bis-saħħa tal-paragrafu 1 fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għal skopijiet ta' l-informazzjoni.

ê 851/2005 Art. 1(1) (adattat)

Artikolu 7

1. Fejn pajjiż terz elenkat fl-Anness II jintroduċi ħtieġa ta’ viża għaċ-ċittadini ta’ Stat Membru, id-dispożizzjonijiet Ö li jinsabu mit-tieni sal-ħames subparagrafu ta' dan il-paragrafu u fil-paragrafi 2 sa 5 Õ għandhom japplikaw.

Fi żmien 90 jum minn tali introduzzjoni, jew mit-tħabbir tagħha, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bil-miktub; in-notifika għandha tiġi ppubblikata fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. In-notifika għandha tispeċifika d-data ta’ l-implimentazzjoni tal-miżura u t-tip ta’ dokumenti ta’ vjaġġar u l-viżi kkonċernati.

Jekk il-pajjiż terz jiddeċiedi li jneħħi l-obbligu ta’ viża qabel l-iskadenza ta’ dan it-terminu perentorju, in-notifika ssir superfluwa.

Il-Kummissjoni għandha minnufih wara Ö d-data tal-Õpubblikazzjoni ta' dik in-notifika u f’konsultazzjoni ma’ l-Istat Membru kkonċernat, tieħu passi ma’ l-awtoritajiet tal-pajjiż terz sabiex jerġa’ jiddaħħal vjaġġar mingħajr viża.

Fi żmien 90 jum wara l-pubblikazzjoni ta' dik in-notifika, il-Kummissjoni, f’konsultazzjoni ma’ l-Istat Membru kkonċernat, għandha tirrapporta lill-Kunsill. Ir-rapport jista’ jkun akkumpanjat minn proposta li tipprovdi għad-dħul mill-ġdid temporanju tal-ħtieġa ta’ viża għal ċittadini tal-pajjiż terz in kwistjoni. Il-Kummissjoni tista’ wkoll tippreżenta din il-proposta wara deliberazzjonijiet fil-Kunsill dwar ir-rapport tagħha. Il-Kunsill għandu jaġixxi fuq tali proposta b’maġġoranza kwalifikata fi żmien tliet xhur.

2. Jekk tqis li dan hu meħtieġ, il-Kummissjoni tista’ tippreżenta proposta għad-dħul temporanju mill-ġdid tal-ħtieġa ta’ viża għal ċittadini tal-pajjiż terz imsemmi Ö fil-ħames subparagrafu tal-paragrafu 1 Õ mingħajr rapport minn qabel. Il-proċedura prevista f'dak is-subparagrafu għandha tapplika għal dik il-proposta. L-Istat Membru kkonċernat jista’ jiddikjara jekk jixtieqx li l-Kummissjoni żżomm lura mid-dħul mill-ġdid temporanju ta’ tali ħtieġa ta’ viża mingħajr rapport minn qabel.

3. Il-proċedura msemmija Ö fil-ħames subparagrafu tal-paragrafu 1 Õ u Ö fil-paragrafu 2 Õ m' Ögħandhiex Õ taffettwa id-dritt tal-Kummissjoni li tippreżenta proposta li temenda dan ir-Regolament sabiex il-pajjiż terz ikkonċernat jiġi trasferit Ö fil-lista li tinsab fl- Õ Anness I.

Fejn miżura temporanja kif imsemmija Ö fil-ħames subparagrafu tal-paragrafu 1 Õ u Ö u fil-paragrafu 2 Õ tkun ġiet deċiża, il-proposta li temenda dan ir-Regolament għandha tiġi ppreżentata mill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn disa’ xhur wara d-dħul fis-seħħ tal-miżura temporanja.

Tali proposta għandha wkoll tinkludi dispożizzjonijiet għat-tneħħija ta’ miżuri temporanji, li setgħu kienu ġew introdotti bis-saħħa tal-proċeduri msemmija Ö fil-ħames subparagrafu tal-paragrafu 1 Õ u Ö u fil-paragrafu 2 Õ. Sadattant il-Kummissjoni Ö għandha Õ tkompli bl-isforzi tagħha sabiex tagħmel mezz li l-awtoritajiet tal-pajjiż terz in kwistjoni jerġa’ jdaħħal vjaġġar mingħajr viża għaċ-ċittadini ta’ l-Istat Membru kkonċernat.

4. Fejn pajjiż terz Ö elenkat fl-Anness II li jeħtieġ viża fil-każ taċ-ċittadini ta' Stat Membru Õ jabolixxi l-ħtieġa ta’ viża, l-Istat Membru għandu minnufih jinnotifika lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar dan.

In-notifika għandha tiġi ppubblikata fis-serje Ċ tal- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea . Kwalunkwe miżura temporanja li dwarha ttieħdet deċiżjoni taħt Ö il-paragrafu 2 Õ għandha tintemm sebat ijiem wara l-pubblikazzjoni fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea . F’każ li l-pajjiż terz in kwistjoni jkun introduċa ħtieġa ta’ viża għaċ-ċittadini ta’ żewġ Stati Membri jew aktar il-miżura temporanja Ö għandha Õ tintemm biss wara l-aħħar pubblikazzjoni.

ê 851/2005 Art. 1 pt. 2

5. Sakemm ir-reċiproċità ta’ l-eżenzjoni ta’ viża tibqa’ ma teżistix ma’ kwalunkwe pajjiż terz elenkat fl-Anness II fir-rigward ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill qabel l-1 ta’ Lulju ta’ kull sena pari dwar is-sitwazzjoni ta’ non-reċiproċità u għandha, jekk ikun meħtieġ, tissottometti proposti adattati.

ê 539/2001 (adattat)

Artikolu 8

Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa l-kompetenza ta ’ l-Istati Membri f'dak li jirrigwardja r-rikonoxximent ta' Stati u unitajiet territorjali u l-passaporti, id-dokumenti ta' l-ivjaġġar u ta' l-identità maħruġa mill-awtoritajiet tagħhom.

ê 1932/2006 Art. 2 it-tieni paragrafu (adattat)

Artikolu 9

L-Istati Membri għandhom japplikaw l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għaċ-ċittadini ta’ Antigwa u Barbuda, il-Baħamas, il-Barbados, il-Mawrizju, Saint Kitts u Nevis u s-Seychelles mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ ftehim dwar eżenzjonijiet mill-viża li għandu jiġi konkluż mill-Komunità mal-pajjiż terz konċernat.

ê

Artikolu 10

Ir-Regolament (KE) Nru 539/2001 hu mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.

ê 2414/2001 Art. 1 pt. 3

Artikolu 11

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl- għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

ê 539/2001 (adattat)

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri bi qbil mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Magħmul fi Brussell, […]

Għall-Kunsill

Il-President

[…]

ê 539/2001 (adattat)

ANNESS I

Ö Lista tal-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni ta' l-Istati Membri Õ

1. STATI

L-Afganistan

L-Albanija

L-Alġerija

L-Angola

L-Armenja

L-Ażerbajġann

Il-Baħrejn

Il-Bangladexx

Il-Belarus

IL-Beliż

Il-Benin

Il-Butan

ê 1932/2006 Art. 1(4)(a)(i)

Bolivia

ê 539/2001 (adattat)

Il-Bosnia u Herżegovina

Il-Botswana

Il-Burkina Faso

Il-Burundi

Il-Kambodja

Il-Kamerun

Il-Kap Verde

Ir-Repubblika Ċentrali Afrikana

Iċ-Ċadd

Iċ-Ċina

Il-Kolumbja

Ö Il-Komoros Õ

Il-Kongo

Il-Côte d'Ivoire

Il-Kuba

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

Ö Il-Ġibuti Õ

Domenika

Ir-Repubblika Domenikana

ê 1932/2006 Art. 1(4)(a)(iii) (adattat)

Ö It-Timor tal-Lvant Õ

ê 453/2003 Art. 1 pt. 1(b)

L-Ekwador

ê 539/2001 (adattat)

L-Eġittu

Il-Gwinea Ekwatorjali

L-Eritrea

L-Etjopja

Il-Fiġi

Ö L-ex- Õ Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

Il-Gabon

Gambja

Il-Ġeorġja

Il-Gana

Il-Grenada

Il-Gwinea

Gwinea-Bissau

Il-Gujana

Haïti

L-Indja

L-Indoneżja

L-Iran

L-Iraq

Il-Ġamajka

Il-Ġordan

Il-Każakstan

Il-Kenja

Kiribati

Il-Kuwajt

IL-Kriġiżstan

Il-Laos

Il-Lebanon

Il-Lesoto

Il-Liberja

Il-Libja

Il-Madagaskar

Il-Malawi

Il-Maldivi

Il-Mali

Il-Gżejjer Marshall

Il-Mawritanja

Il-Mikroneżja

Ö Ir-Repubblika ta' Moldova Õ

Il-Mongolja

ê 1932/2006 Art. 1(4)(a)(iv)

Il-Montenegro

ê 539/2001 (adattat)

Il-Marokk

Il-Możambik

Ö Il-Mjanmar Õ

In-Namibja

In-Nauru

In-Nepal

In-Niġer

In-Niġerja

Il-Korea ta' fuq

Il-Marjanas tat-Tramuntana

L-Oman

Il-Pakistan

Il-Palaw

Il-Papwa l-Gwinea l-Ġdida

Il-Peru

Il-Filippini

Il-Qatar

Ir-Russja

Ir-Rwanda

Santa Luċija

Saint Vincent u l-Grenadine

ê 1932/2006 Art. 1(4)(a)(v)

Samoa

ê 539/2001

São Tomé és Príncipe

L-Arabja Sawdita

Is-Senegal

ê 1932/2006 Art. 1(4)(a)(iv)

Serbja

ê 539/2001 (adattat)

Sierra Leone

Il-Gżejjer Solomon

Is-Somalja

L-Afrika t'Isfel

Is-Sri Lanka

Is-Sudan

Is-Surinam

Sważilandja

Is-Sirja

It-Taġikistan

It-Tanżanija

It-Tajlandja

It-Togo

It-Tonga

Trinidad u Tobago

It-Tunisja

It-Turkija

It-Turkmenistan

It-Tuvalu

L-Uganda

L-Ukrajna

L-Emitari Arab Magħquda

L-Użbekistan

Il-Vanwatu

Il-Vjetnam

Il-Jemen

Iż-Żambja

Iż-Żimbabwe

2. L-ENTITAJIET U L-AWTORITAJIET TERRITORJALI LI MA HUMIEX RIKONOXXUTI BĦALA STATI B'MILL ANQAS STAT MEMBRU WIEĦED

L-Awtorità Palestinjana

It-Taiwan

ê 1932/2006 Art. 1(4)(b)

3. ĊITTADINI BRITANNIĊI LI MHUMIEX ĊITTADINI TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ GĦALL-FINIJIET TAD-DRITT KOMUNITARJU:

Ċittadini ta' Territorji Brittaniċi Overseas li m'għandhomx id-dritt li jabitaw fir-Renju Unit

Ċittadini Britanniċi Overseas

Suġġetti Brittaniċi li m'għandhomx id-dritt li jabitaw fir-Renju Unit

Persuni Britanniċi Protetti

____________

ê 539/2001 (adattat)

ANNESS II

Ö Lista ta' pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati mill-ħtieġa ta' viża għal waqfien ta' mhux aktar minn tliet xhur b'kollox Õ

1. STATI

L-Andorra

ê 1932/2006 Art. 1(5)(a)(ii) u (iii) (adattat)

Antigwa u Barbuda Ö[16]Õ

ê 539/2001

L-Arġentina

L-Awstralja

ê 1932/2006 Art. 1(5)(a)(ii) u (iii) (adattat)

Il-Baħamas[17]

Barbados[18]

ê 539/2001

Il-Brażil

ê 1932/2006 Art. 1(5)(a)(iv) (adattat)

Il-Brunei Darussalam

ê 539/2001 (adattat)

Il-Kanada

Iċ-Ċili

Il-Kosta Rika

Il-Kroazja

Ö El Salvador Õ

Il-Gwatemala

Is-Santa Sede

Il-Ħonduras

L-Iżrael

Il-Ġappun

Il-Malażja

ê 1932/2006 Art. 1(5)(a)(ii) u (iii) (adattat)

Mawrizju[19]

ê 539/2001

Il-Messiku

Monako

New Zealand

In-Nikaragwa

Il-Panama

Il-Paragwaj

ê 1932/2006 Art. 1(5)(a)(ii) u (iii) (adattat)

Saint Kitts u Nevis[20]

ê 539/2001 (adattat

San Marino

ê 1932/2006 Art. 1(5)(a)(ii) u (iii) (adattat)

Seychelles[21]

ê 539/2001 (adattat)

Singapor

Il-Korea t'Isfel

L-Istati Uniti

L-Urugwaj

Il-Veneżwela

2. IR-REĠJUNI AMMINISTRATTIVI SEPĊJALI TAR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA

HONG KONG SAR Ö [22] Õ

Makaw SAR[23]

ê 1932/2006 Art. 1(5)(b)

3. ĊITTADINI BRITANNIĊI LI MHUMIEX ĊITTADINI TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ GĦALL-FINIJIET TAD-DRITT KOMUNITARJU:

Ċittadini Britanniċi (Overseas)

____________

é

ANNESS III

Regolament imħassar flimkien ma’ lista ta' l-emendamenti suċċessivi tiegħu

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 (ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1) |

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2414/2001 (ĠU L 327, 12.12.2001, p. 1) |

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 453/2003 (ĠU L 69, 13.3.2003, p. 10) |

Att ta’ Adeżjoni 2003, Anness II, punt 18(B) (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 718) |

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 851/2005 (ĠU L 141, 4.6.2005, p. 3) |

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1) | l-Artikolu 1(1) il-ħdax -il inċiż biss, rigward ir-Regolament (KE) Nru 539/2001, u Anness, Punt 11(B)(3) |

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1932/2006 (ĠU L 405, 30.12.2006, p. 23) |

_____________

ANNESS IV

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Regolament (KE) Nru 539/2001 | Dan ir-Regolament |

Artikolu 1(1), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 2(1) |

Artikolu 1(1), it-tieni subparagrafu | Artikolu 2(2) |

Artikolu 1(2), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 3(1) |

Artikolu 1(2), it-tieni subparagrafu, kliem tal-bidu | Artikolu 3(2), kliem tal-bidu |

Artikolu 1(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż | Artikolu 3(2)(a) |

Artikolu 1(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż | Artikolu 3(2)(b) |

Artikolu 1(2), it-tieni subparagrafu, it-tielet inċiż | Artikolu 3(2)(ċ) |

Artikolu 1(3) | Artikolu 4 |

Artikolu 1(4), kliem tal-bidu | Artikolu 7(1), l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 1(4)(a), l-ewwel u tieni sentenzi Artikolu 1(4)(a), it-tielet sentenza | Artikolu 7(1), it-tieni subparagrafu Artikolu 7(1), it-tielet subparagrafu |

Artikolu 1(4)(b) | Artikolu 7(1), ir-raba' subparagrafu |

Artikolu 1(4)(ċ) | Artikolu 7(1), il-ħames subparagrafu |

Artikolu 1(4)(d) | Artikolu 7(2) |

Artikolu 1(4)(e), l-ewwel sentenza Artikolu 1(4)(e), it-tieni sentenza Artikolu 1(4)(e), it-tielet u r-raba' sentenzi Artikolu 1(4)(f), l-ewwel sentenza | Artikolu 7(3), l-ewwel subparagrafu Artikolu 7(3), it-tieni subparagrafu Artikolu 7(3), it-tielet subparagrafu Artikolu 7(4), l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 1(4)(f), it-tieni u t-tielet sentenzi | Artikolu 7(4), it-tieni subparagrafu |

Artikolu 1(5) | Artikolu 7(5) |

Artikolu 2, kliem tal-bidu | Artikolu 1, kliem tal-bidu |

Artikolu 2, l-ewwel inċiż | Artikolu 1(a) |

Artikolu 2, it-tieni inċiż | Artikolu 1(b) |

Artikolu 4 | Artikolu 5 |

Artikolu 5 | Artikolu 6 |

Artikolu 6 | Artikolu 8 |

Artikolu 7 | - |

- | Artikolu 9 |

- | Artikolu 10 |

Artikolu 8 | Artikolu 11 |

Anness I | Anness I |

Anness II | Anness II |

- | Anness III |

- | Anness IV |

_____________

[1] KUMM(87) 868 PV.

[2] Ara l-Anness 3 għal Parti A tal-Konklużjonijiet.

[3] Magħmul skond il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Kodifikazzjoni ta’ l- Acquis Communautaire, KUMM(2001) 645 finali.

[4] Ara l-Anness III għal din il-proposta.

[5] ĠU C [...], [...], p. [...].

[6] ĠU C [...], [...], p. [...].

[7] ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1.

[8] Ara l-Anness III.

[9] ĠU L 405, 30.12.2006, p. 1.

[10] ĠU L 176, 10.7.1999, p. 1.

[11] ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

[12] ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.

[13] ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1.

[14] ĠU L 327, 19.12.1994, p. 1.

[15] ĠU L 116, 26.4.2001, p. 2.

[16] L-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża Ö għandha Õ tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim dwar l-eżenzjoni tal-viża li għandu jiġi konkluż mal-Ewropea.

[17] L-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża Ö għandha Õ tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim dwar l-eżenzjoni tal-viża li għandu jiġi konkluż mal-Komunità.

[18] L-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża Ö għandha Õ tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim dwar l-eżenzjoni tal-viża li għandu jiġi konkluż mal-Komunità.

[19] L-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża Ö għandha Õ tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim dwar l-eżenzjoni tal-viża li għandu jiġi konkluż mal-Komunità.

[20] L-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża Ö għandha Õ tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim dwar l-eżenzjoni tal-viża li għandu jiġi konkluż mal-Komunità.

[21] L-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża Ö għandha Õ tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim dwar l-eżenzjoni tal-viża li għandu jiġi konkluż mal-Komunità.

[22] L-eżenzjoni tal-ħtieġa ta' viża Ö għandha Õ biss Ö tapplika Õ għad-detenturi ta' passaport tar-“Reġjun Amministrattiv Speċjali ta' Hong Kong”.

[23] ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.

Top