EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002L0086

Id-Direttiva tal-Kummssjoni 2002/86/KE tas-6 ta' Novembru 2002 li temenda d-Direttiva 2002/101/KE rigward id-data li minnha huwa pprojbit l-kummerċ fil-prodotti mhux skond id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

ĠU L 305, 7.11.2002, p. 19–19 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/12/2014; Impliċitament imħassar minn 32011R1169

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/86/oj

32002L0086



Official Journal L 305 , 07/11/2002 P. 0019 - 0019


Id-Direttiva tal-Kummssjoni 2002/86/KE

tas-6 ta' Novembru 2002

li temenda d-Direttiva 2002/101/KE rigward id-data li minnha huwa pprojbit l-kummerċ fil-prodotti mhux skond id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Il-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/13/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Marzu 2000, fuq l-approsimazzjoni ta' liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta' oġġetti ta' l-ikel [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/101/KE [2], u b'mod partikolati l-Artikolu 6(6) tagħha,

Billi:

(1) Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/101/KE li tirrigwarda l-għoti tat-tikketti lill-prodotti li jkun fihom il-laħam mhumiex aplikabbli sal-jum li jiġi wara t-temma finali taż-żmien għat-traspożizzjoni ta' din id-Direttuva mill-Istati Membri.

(2) Wara l-adozzjoni ta' definizzjoni tal-kelma "laħam" għall-għanijiet tal-għoti tat-tikketti, l-operaturi interessati jridu jagħmlu bidliet konsiderevoli għall-għoti tat-tikketti lill-prodotti tagħhom, b'mod partikolari rigward il-lista ta' l-ingredjenti u, meta japplika, il-kontenut tal-laħam.

(3) Minħabba n-numru kbir ta' dawn il-prodotti fuq is-suq u n-numru ta' l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju affettwati, huwa meħtieġ perjodu transitorju adegwat taż-żmien sabiex jgħin li dawn il-prodotti jinġiebu f'linja mad-Direttiva 2001/101/KE.

(4) Trid ukoll issir dispożizzjoni sabiex tgħin lill-operaturi jbigħu fis-suq il-prodotti ttikkettjati qabel ma jiskadi l-perjodu transitorju taż-żmien li t-tikketti tagħhom ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

(5) Id-Direttiva 2001/101/KEE għandha għalhekk tiġi emendata kif jixraq,

(6) Il-miżuri provvduti f'din id-Direttivai huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2001/101/KE jiġi mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw il-kummerċ fil-prodotti li huma skond id-Direttiva 2000/13/KE mill-1 ta' Jannar 2003.

2. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu, b'effett mill-1 ta' Lulju 2003, il-kummerċ fil-prodotti li mhumiex skond id-Direttiva 2000/13/KE.

Madankollu, il-prodotti li mhumiex skond id-Direttiva 2000/13/KE u li kienu ttikkettjati qabel l-1 ta' Lulju 2003 għandhom jiġu awtorizzati sakemm idumu l-ħażniet."

Artikolu 2

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-6 ta' Novembru 2002.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 109, tas-6.5.2000, p. 29.

[2] ĠU L 310, tat-28.11.2001, p. 19.

--------------------------------------------------

Top