EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998L0072

Id-Direttiva 98/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Ottubru 1998 li temenda d-Direttiva 95/2/KE dwar addittivi ta' l-ikel għajr sustanzi li jagħtu kulur jew ħlewwa

ĠU L 295, 4.11.1998, p. 18–30 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/01/2010; Impliċitament imħassar minn 32008R1333

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1998/72/oj

31998L0072



Official Journal L 295 , 04/11/1998 P. 0018 - 0030


Id-Direttiva 98/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tal-15 ta' Ottubru 1998

li temenda d-Direttiva 95/2/KE dwar addittivi ta' l-ikel għajr sustanzi li jagħtu kulur jew ħlewwa

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mressqa mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 189b tat-Trattat [3],

Wara li kkunsidraw id-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrigwardaw l-addittivi ma’ l-ikel awtorizzati għall-użu fl-oġġetti ta' l-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem [4] u b'mod partikolari l-Artikolu 3(2) ta' din id-Direttiva,

Billi, kien hemm żviluppi tekniċi fil-qasam ta' l-addittivi ta' l-ikel mill-adozzjoni tad-Direttiva 95/2/KE [5];

Billi, d-Direttiva 95/2/KE għandha tiġi addattata sabiex tikkonsidra dawn l-iżviluppi;

Billi, l-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel, stabbilit bid-Deċiżjoni 74/234/KEE [6], ġie kkonsultat qabel l-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet li jistgħu jkollhom effett fuq is-saħħa pubblika;

Billi, ġew stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi fuq it-thiabendazole fid-Direttiva tal-Kunsill 95/38/KE tas-17 ta' Lulju 1995 li temenda l-Annessi I u II għad-Direttiva 90/642/KEE dwar l-iffissar tal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi fi u fuq ċerti prodotti li joriġinaw mill-pjanti, li jinkludu l-frott u l-ħaxix, u li jipprovdu għat-twaqqif ta' lista ta' livelli massimi [7]; billi l-entrata dwar it-thiabendazole issa għandha tiġi rrevokata,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Id-Direttiva 95/2/KE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 1(1) għandu jinbidel b'li ġej:

"1. Din id-Direttiva hija Direttiva speċifika li tifforma parti mid-Direttiva komprensiva, fit-tifsira ta' l-Artikolu 3 tad-Direttiva 89/107/KEE, u tapplika għal addittivi għajr għall-kuluri u għas-sustanzi li jagħtu kulur. Din ma tapplikax għal enzimi għajr dawk imsemmija fl-Annessi.";

2. L-Artikolu 2(1) għandu jinbidel b'li ġej:

"1. Is-sustanzi elenkati fl-Annessi I, III, IV u V biss jistgħu jintużaw f'oġġetti ta' l-ikel għall-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 1(3) u l-Artikolu 1(4).";

3. L-Artikolu 2(2) għandu jinbidel b'li ġej:

"2. L-addittivi ta' l-ikel elenkati fl-Anness I huma permessi f'oġġetti ta' l-ikel, għall-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 1(3) u l-Artikolu 1(4), bl-eċċezzjoni ta' dawk l-oġġetti ta' l-ikel fl-Anness II, skond il-prinċipju "quantum satis";.";

4. Il-ħames inċiż ta' l-Artikolu 2(3)(a) għandu jinbidel bi:

"– ħalib pasturizzat u sterilizzat (li jinkludi l-UHT) (li jinkludi l-ordinarju, xkumat u semi-xkumat) u krema pasturizzata ordinarja.";

5. Il-ħdax-il inċiż ta' l-Artikolu 2(3)(a) għandu jinbidel bi:

"– għaġin niexef, għajr għaġin mingħajr glutina u/jew għaġin maħsub għal dieti hypoproteic, skond id-Direttiva 89/398/KEE.";

6. It-tabelli fl-Annessi għandhom jiġu emendati skond id-dispożizzjonijiet li hemm fl-Anness ta' din id-Direttiva.

L-Artikolu 2

1. L-Istati Membri, għandhom, fejn ikun hemm bżonn, jemendaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet tagħhom sabiex:

- jawtorizzaw il-kummerċ ta' prodotti li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-4 ta' Mejju 2000,

- jipprojbixxu l-kummerċ ta' prodotti li ma jikkonformawx ma’ din id-Direttiva mill-4 ta' Novembru 2000. Madankollu, l-prodotti mpoġġija fis-suq jew ittikkettjati qabel din id-data li ma jikkonformawx mad-Direttiva jistgħu jiġu mpoġġija fis-suq sakemm jispiċċaw l-istokks.

Huma għandhom jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jiġu akkumpanjati b'referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif għandha ssir referenza bħal din għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi domestika li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fil-15 ta' Ottubru 1998.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. M. Gil-Robles

Għall-Kunsill

Il-President

C. Einem

[1] ĠU C 76, tal-11.3.1997, p. 34, u ĠU C 77, tat-12.3.1998, p. 7.

[2] ĠU C 75, ta' l-10.3.1997, p. 1.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 1997 (ĠU C 339, ta' l-10.11.1997, p. 75), pożizzjoni komuni tal-Kunsill tat-23 ta' Marzu 1998 (ĠU C 161, tas-27.5.1998, p. 29) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Lulju 1997 (ĠU L 292, tal-21.9.1998). Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Settembru 1998.

[4] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 27. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 94/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 237, ta' l-10.9.1997, p. 1).

[5] ĠU L 61, tat-18.3.1995, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 96/85/KE (ĠU L 86, tat-28.3.1997, p. 4).

[6] ĠU L 136, ta' l-20.5.1974, p. 1.

[7] ĠU L 197, tat-22.8.1995, p. 14.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

1. Fl-Anness I, għandhom jiżdiedu dawn l-addittivi:

"E 469 | Ebzymatically hydrolysed carboxy methyl cellulose |

E 920 | L-Cysteine |

E 1103 | Invertase |

E 1451 | Lamtu ossidizzat aċitilat" |

2. Fl-Anness II:

(a) il-lista ta' addittivi u l-livell massimu għal

"ġamm, ġeli u marmellati kif definiti fid-Direttiva 79/693/KEE u pejstijiet tal-frott simili oħra li jinkludu prodotti ta' ftit kaloriji"

għandha tiżdied b'li ġej:

| "E 471 | Mono u diglycerides ta' aċidi grassi | quantum satis" |

b) it-tabella li tikkonċerna

"Krema sterilizzata, pasturizzata u tal-UHT, krema ta' ftit kaloriji u krema pasturizzata ta' ftit xaħam"

għandha tinbidel b'li ġej:

"Krema pasturizzata ordinarja | E 401 | Alġinat tas-sodju | quantum satis |

E 402 | Alġinat tal-potassju |

E 407 | Carrageenan |

E 466 | Sodium carboxy methyl cellulose |

E 471 | Mono- u diglycerides ta' aċidi grassi" |

(ċ) id-deskrizzjoni

"Frott u ħaxix mhux ipproċessat konġelat u ffriżat"

għandha tiġi emendata kif ġej:

"Frott u ħaxix mhux ipproċessat konġelat u ffriżat; frott u ħaxix mhux ipproċessat ippakkjat minn qabel miżmum fil-friġġ lest biex jiġi kkunsmat u patata mhux ipproċessata u mqaxxra ppakkjata minn qabel.";

(d) it-tabella li ġejja għandha tiddaħħal wara t-tabella li tikkonċerna

"Żjut u xaħmijiet li ma saretx emulsjoni minnhom li ġejjin mill-annimali jew mill-ħaxix"

:

"Żjut u xaħmijiet li ma saritx emulsjoni minnhom li ġejjin mill-annimali jew mill-ħxejjex (għajr iż-żjut verġni u żjut taż-żebbuġa) intenzjonati speċifikament għat-tisjir u / jew għall-qali jew għall-preparazzjoni tal-gravy | E 270 | Aċidu lattiku | quantum satis |

E 300 | Aċidu assorbiku |

E 304 | Esteri ta' aċidu grass ta' aċidu assorbiku |

E 306 | Estratt b'kontenut għoli ta' Tocopherol |

E 307 | Alpha-tocopherol |

E 308 | Gamma-tocopherol |

E 309 | Delta-tocopherol |

E 322 | Leċitini | 30 g/l |

E 471 | Mono- u diglycerides ta' aċidi grassi | 10 g/l |

E 472ċ | Estreri ta' aċidu ċitriku ta' mono- u diglycerides ta' aċidi grassi | quantum satis |

E 330 | Aċidu ċitriku |

E 331 | Ċitrati tas-sodju |

E 332 | Ċitrati tal-potassju |

E333 | Ċitrati tal-kalċju" |

(e) il-lista ta' addittivi u l-livell massimu għal

"Mozzarella u ġobon tax-xorrox"

għandha tiżdied b'li ġej:

| "E 260 | Aċidu aċetiku | quantum satis" |

(f) il-lista ta' addittivi u l-livell massimu għal

"Frott u ħaxix tal-landa u tal-flixkun"

għandha tiżdied b'li ġej:

| "E 296 | Aċidu tat-tuffieħ | quantum satis" |

(g) il-lista ta' addittivi u l-livell massimu għal

"Gehakt"

għandha tiżdied b'li ġej:

| "E 300 | Aċidu assorbiku | quantum satis |

| E 301 | Ascorbate tas-sodju |

| E 302 | Ascorbate tal-kalċju" |

(h) it-tabella li ġejja għandha tiżdied fl-aħħar ta' l-Anness:

"Meraq u nettaru ta' l-ananas u tal-frotta tal-fjura tal-passjoni | E 440 | Pektini | 3 g /l |

Ġobon immaturat imqatta fettet u maħkuk’ | E 170 | Karbonati tal-kalċju | quantum satis |

| E 504 | Karbonati tal-manjesju | |

| E 509 | Klorur tal-kalċju | |

| E 575 | Glucono-delta-lactone | |

| E 460 | Ċellulożi | |

Butir tal-krema qarsa | E 500 | Karbonati tas-sodju | quantum satis" |

3. Fl-Anness III, Parti A:

(a) il-livelli massimi ta'

"Żebbuġ u preparazzjonijiet magħmula miż-żebbuġ"

,

"Zlazi li minnhom saret emulsjoni b'kontenut ta' grassi ta' 60 % jew aktar"

u

"Zlazi li minnhom saret emulsjoni b'kontenut ta' grassi inqas minn 60 %"

għandhom jinbidlu b'li ġej:

"Żebbuġ u preparazzjonijiet magħmula miż-żebbuġ | 1000 | 500 | | 1000 | | |

Zlazi li minnhom saret emulsjoni b'kontenut ta' grassi ta' 60 % jew aktar | 1000 | 500 | | 1000 | | |

Zlazi li minnhom saret emulsjoni b'kontenut ta' grassi inqas minn 60 % | 2000 | 1000 | | 2000" | | |

(b) fl-aħħar ta' din l-parti, it-tabella li ġejja għandha tiżdied:

"Oġġett ta' l-ikel | Livell massimu (mg/kg jew mg/l kif xieraq) |

Sa | Ba | PHB | Sa + Ba | Sa + PHB | Sa + Ba + PHB |

… Mehu u Makeutettu … Mehu | 500 | 200 | | | | |

Analogi ta' laħam, ħut, krustaċji u ċefalopodi u ġobon ibbażati fuq il-proteina | 2000 | | | | | |

Dulce de membrillo | | 1000 | | | | |

Marmelada | | | | 1500 | | |

Ostkaka | 2000 | | | | | |

Pasha | 1000 | | | | | |

Semmelknödelteig | 2000 | | | | | |

Ġobon u analogi tal-ġobon (trattament tas-superfiċi biss) | quantum satis | | | | | |

Pitravi ħamra msajra | | 2000 | | | | |

Kisi magħmul mill-collagen b'attività ta' ilma akbar minn 0,6 | quantum satis" | | | | | |

4. Fl-Anness III, Parti B:

(a) il-preżentazzjoni ta' l-oġġetti ta' l-ikel u l-livelli massimi li ġejjin:

"Krustaċi u ċefalopodi: | |

-friski, konġelati u ffriżati | 150 |

-krustaċji, panaeidae solenceridae, familja aristeidae: | |

-sa 80 unità | 150 |

-bejn 80 u 120 unità | 200 |

-aktar minn 120 unità | 300 |

-imsajra | 50" |

għandha tkun kif ġej:

"Krustaċi u ċefalopodi: | |

-friski, konġelati u ffriżati | 150 |

-krustaċji, panaeidae solenceridae, familja aristeidae | |

-sa 80 unità | 150 |

-bejn 80 u 120 unità | 200 |

-aktar minn 120 unità | 300 |

-imsajra | 50" |

(b) il-livell massimu għad-daħla

"Zokkor kif definit fid-Direttiva 73/437/KEE għajr il-ġulepp tal-glukosju, kemm jekk huwa deidrat kif ukoll jekk le"

għandu jinbidel b'li ġej:

"Zokkor kif definit fid-Direttiva 73/437/KEE għajr il-ġulepp tal-glukosju, kemm jekk huwa deidrat kif ukoll jekk le | 10" |

(ċ) l-oġġetti ta' l-ikel u l-livelli massimi li ġejjin:

"Ħaxix u analogi tal-laħam, ħut u krustaċji fuq bażi ta' proteini taċ-ċereali | 200" |

għandhom jinbidlu b'li ġej:

"Analogi tal-laħam, ħut u krustaċji bbażati fuq il-proteini | 200" |

(d) fl-aħħar ta' din il-Parti, għandhom jiżdiedu l-oġġetti ta' l-ikel u l-livelli massimi li ġejjin

"Ġewż immarinat | 50 |

Vacuum packed sweetcorn | 100 |

Xarbiet alkoħoliċi ddistillati li fihom il-lanġas sħiħ | 50" |

5. Fl-Anness III, Parti Ċ:

(a) l-oġġett ta' l-ikel u l-livell massimu li ġej għandu jiżdied ma’ E 234:

"E 234 | Nisin ( (1) | Mascarpone | 10 mg/kg" |

(b) l-oġġetti ta' l-ikel u l-livelli massimi li ġejjin għandhom jiżdiedu ma’ E 251 u E 252:

"E 251 | Nitrat tas-sodju | Foie gras, fois gras entier, blocs de foie gras | 50 |

E 252 | Nitrat tal-potassju"; | | |

(ċ) l-oġġetti ta' l-ikel u l-livelli massimi li ġejjin għandhom jiżdiedu ma’ E 280, E 281, E 282 u E 283:

"E 280 E 281 E 282 E 283 | Aċidu propjoniku Propionate tas-sodju Propionate tal-kalċju Propionate tal-potassju | Polsebrod, boller u dansk flutes ippakkjati minn qabel | 2000 mg/kg, espressi f'aċidu propjoniku |

Ġobon u analogi tal-ġobon (trattament tas-superfiċi biss) | quantum satis" |

(d) it-tabella li ġejja għandha titħassar:

"E 233 | Thiabendazole | Trattament tas-superfiċi ta': | |

-frott taċ-ċitru | 6 mg/ kg |

-banana | 3 mg/ kg" |

6. Id-deskrizzjoni "Patata mrammla deidrata" li hemm fit-tabella ta' l-Anness III Partijiet B u D fil-kolonna ta' l-oġġetti ta' l-ikel għandha tinbidel bi "Patata deidrata".

7. Fl-Anness IV:

(a) id-deskrizzjoni "Trab tat-te ta' malajr" li tikkonċerna l-Aċidu fumariku E 297 u l-livell massimu ta' 1 g/l għandhom jinbidlu fi "Prodotti għall-preparazzjoni ta' malajr ta' te bit-togħma w infużjonijiet tal-ħxejjex bil-livell massimu: 1 g/kg";

(b) it-tabella li tikkonċerna l-E 338 sa E 452 għandha tinbidel b'li ġej:

| "Fl-applikazzjonijiet li ġejjin il-livelli massimi indikati ta' aċidu fosforiku u tal-fosfati E 338, E 339, E 340, E 341, E 343, E 450, E 451 u E 452 jistgħu jiġu miżjuda weħedhom jew f'taħlitha (espressi bħala P2O5): | |

E 338 | Aċidu fosforiku | Xarbiet bit-togħma mhux alkoħoliċi | 700 mg/l |

Ħalib sterelizzat u UHT | 1 g/l |

Frott ikkunfettat | 800 mg/kg |

Preparazzjonijiet tal-frott | 800 mg/ kg |

E 339 | Fosfati tas-sodju | Ħalib parzjalment deidratat b'inqas minn 28 % solidi | 1 g/kg |

(i)Fosfat tal | Ħalib parzjalment deidratat b'aktar minn 28 % solidi | 1,5 g/ kg |

(ii)Fosfat tad | Ħalib niexef u ħalib niexef xkumat | 2,5 g/kg |

(iii)Fosfat tat-trisodju | Kremi pasturizzati, sterilizzati u UHT | 5 g/kg |

Panna mħabbta u analogi ta' grassi veġetali | 5 g/kg |

Ġobon mhux immaturat (għajr il-Mozzarella) | 2 g/kg |

E 340 | Fosfati tal-potassju | Ġobon ipproċessat u analogi ta' ġobon ipproċessat | 20 g/kg |

(i)Fosfat tal-monopotassju | Prodotti tal-laħam | 5 g/kg |

(ii)Fosfat tad-dipotassju | Xarbiet ta' l-isport u ilmijiet ppreparati ta' fuq il-mejda | 0,5 g/l |

(iii)Fosfat tat-tripotassju | Supplimenti tad-dieta | quantum satis |

Melħ u s-sostituti tiegħu | 10 g/kg |

Xarbiet ta' proteina veġetali | 20 g/l |

E 341 | Fosfati tal | Whiteners tax-xarbiet | 30 g/kg |

(i)fosfat tal | Whiteners tax-xarbiet għall-magni tal-bejgħ | 50 g/kg |

(ii)fosfat tad | Silġ li jista’ jittiekel | 1 g/kg |

(iii)fosfat tat | Deżerti | 3 g/kg |

Taħlitiet tad-deżerti mnixxfa tat-trab | 7 g/kg |

E 343 | Fosfati tal-manjesju | Oġġetti għall-ħama fina fil-forn | 20 g/ kg |

(i)fosfat tal-monomanjesju | Dqiq | 2,5 g/kg |

(ii)fosfat tad-dimanjesju | Dqiq self-raising | 20 g/kg |

Ħobż tas-soda | 20 g/kg |

Bajd likwidu (abjad, isfar jew bajd sħiħ) | 10 g/kg |

E 450 | Difosfati | Zlazi | 5 g/kg |

(i)Difosfat tad | Sopop u brodu | 3 g/kg |

(ii)Difosfat tat | Te ta' malajr u infużjonijiet tal-ħxejjex ta' malajr | 2 g/kg |

(iii)Difosfat tat | Sidru u perry | 2 g/l |

(iv)Difosfat tat-tetrapotassju | Chewing gum | quantum satis |

Oġġetti ta' l-ikel imnixxfin f'għamla ta' trab | 10 g/kg |

(vi)Difosfat tad-dikalċju | Ċikkulata u xarbiet tal-qamħ b'bażi tal-ħalib | 2 g/l |

(vii)Difosfat tad-diidroġenu tal-kalċju | Xarbiet alkoħoliċi (għajr l-inbid u l-birra) | 1 g/l |

Ċereali tal-kolazzjoni | 5 g/ kg |

Snacks | 5 g/ kg |

E 451 | Trifosfati | Surimi | 1 g/kg |

Pejst tal-ħut u tal-krustaċji | 5 g/kg |

(i)Trifosfat tal-pentasodju | Toppings (ġulepp għall-pancakes, ġulepp bit-togħma għall-milkshakes u l-ġelat; prodotti simili | 3 g/kg |

(ii)Trifosfat tal-pentapotassju | Formoli speċjali sabiex jintużaw f'nutriment partikolari | 5 g/kg |

Glazings għall-prodotti tal-laħam u l-ħaxix | 4 g/kg |

E 452 | Polifosfati | Ħlewwiet taz-zokkor | 5 g/kg |

(i)Polifosfat tas | Icing sugar | 10 g/kg |

(ii)Polifosfat tal | Noodles | 2 g/kg |

(iii)Polifosfat tal | Batters | 12 g/kg |

(iv)Polifosfati tal | Flettijiet ta' ħut mhux ipproċessat, konġelati u ffriżati | 5 g /kg |

Molluski mhux ipproċessati w ipproċessati u krustaċji konġelati u ffriżati | 5 g/kg |

Prodotti tal-patata pproċessati (li jinkludu prodotti pproċessati konġelati, ffriżati, mkessħa u mnixxfa) u patata konġelata u ffriżata moqlija minn qabel | 5 g/kg |

Xaħmijiet li jistgħu jiddellku għajr il-butir | 5 g/kg |

Butir tal | 2 g/kg |

Prodotti tal | 1 g/kg |

Sprej ta' emulsjoni bbażat fuq l-ilma għall-kisi tal-laned tal-ħami | 30 g/kg |

Xarbiet b'bażi ta' kafe għall-magni tal-bejgħ | 2 g/l" |

(ċ) għandhom jiżdiedu l-addittivi li ġejjin:

"E 468 | Crosslinked sodium carboxy methyl cellulose | Supplimenti tad-dieta solidi | 30 g/kg" |

(d) id-deskrizzjoni

"Minarine"

li tikkonċerna l-E 385 għandha tiġi emendata kif ġej:

| | "Xaħmijiet li jistgħu jiddellku kif definiti fl-Annessi B u Ċ tar-Regolament (KE) Nru 2991/94 li għandhom kontenut ta' grassi ta' 41 % jew inqas | 100 mg/kg"; |

(e) l-oġġett ta' l-ikel u l-livell massimu li ġej għandu jiżdied ma’ E 405:

"E 405 | Propane-1, 2-diol alginate | Sitru barra cidre bouché | 100 mg/l" |

(f) id-deskrizzjoni fit-taqsima 12, it-tielet kolonna, li tikkonċerna E 442, għandha tiġi emendata kif ġej:

"Prodotti tal-kawkaw u taċ-ċikkulata kif definiti fid-Direttiva 73/241/KEE li jinkludu l-mili"

"Ħlewwiet fuq il-bażi ta' dawn il-prodotti";

(g) l-oġġett ta' l-ikel u l-livell massimu li ġej għandu jiżdied ma’ E 445:

"E 445 | Glycerolesters tar-rażi ta' l-injam | Trattament tas-superfiċi tal-frott taċ-ċitru | 50 mg/kg" |

(h) l-oġġetti ta' l-ikel u l-livelli massimi li ġejjin għandhom jiżdiedu ma’ E 473 u E 474:

"E 473 | Esteri taz-zokkor ta' aċidi grassi | Analogi tal-krema | 5 g/kg |

E 474 | Sucroglycerides | Krema sterilizzata u krema sterilizzata b'kontenut imnaqqas ta' grassi | 5 g/kg" |

(i) id-deskrizzjoni

"Pejsts u taħwir b'kontenut baxx u b'kontenut baxx ħafna ta' grassi"

li tikkonċerna l-E 476 għandha tiġi emendata kif ġej:

"E 476 | Polyglycerol polyricinoleate | Grassi li jistgħu jiddelku kif definiti fl-Annessi A, B u Ċ tar-Regolament (KE) Nru 2991/94 li għandhom kontenut ta' grass ta' 41 % jew inqas | 4 g/kg |

Prodotti simili li jistgħu jiddelku b'kontenut ta' grass ta' inqas minn 10 % | 4 g/kg |

Taħwir | 4 g/kg" |

(j) għandhom jiżdiedu l-oġġetti ta' l-ikel u l-livelli massimi li ġejjin li jikkonċernaw l-E 551 sa l-E 559:

| | "Taħwir ta' l-ikel | 30 g/kg |

| | Ħlewwiet għajr iċ-ċikkulata (trattament tas-superfiċi biss) | quantum satis |

| | Prodotti għal-lubrikazzjoni tal-laned | 30 g/kg"; |

(k) id-deskrizzjoni

"Ġobon iebes imqatta’ u ġobon ipproċessat imqatta"

li tikkonċerna l-E 551 sa l-E 559 għandha tiġi emendata kif ġej:

| | "Ġobon ipproċessat iebes jew mhux iebes għal kollox imqatta jew maħkuk Analogi ta' ġobon imqatta’ jew maħkuk u analogi ta' ġobon ipproċessat | 10 g/kg" |

(l) l-oġġett ta' l-ikel u l-livell massimu li ġej għandu jiżdied ma’ l-E 900:

"E 900 | Dimethyl polysiloxane | Sitru għajr cidre bouché | 10 mg/l" |

(m) l-oġġetti ta' l-ikel u l-livelli massimi li ġejjin għandhom jiżdiedu ma’ E 901, E 902, E 903 u E 904:

"E 901 | Xama’ tan-naħal, abjad jew isfar | Ħawħ u ananas (trattament tas-superfiċi biss) | quantum satis |

E 902 | Xama’ tal-Candelilla |

E 903 | Xama’ tal-Carnauba |

E 904 | Xellak" |

(n) l-oġġetti ta' l-ikel u l-livelli massimi li ġejjin għandhom jiżdiedu ma’ E 912 u E 914:

"E 912 | Esteri ta' aċidu montaniku | Bettieħ, mangu, papaya, avokado u ananas friski (trattament tas-superfiċi biss) | quantum satis |

E 914 | Xama’ tal-polyethylene ossidifikat" |

(o) l-oġġetti ta' l-ikel u l-livelli massimi li ġejjin għandhom jiżdiedu ma’ E 957:

"E 957 | Thaumatin | Xarbiet mhux alkoħoliċi fuq bażi ta' ilma | 0,5 mg/l |

Deżerti – magħmulin mill-ħalib jew mhux magħmulin mill-ħalib | 5 mg/kg (bħala sostanza li ttejjeb it-togħma biss)" |

p) id-deskrizzjoni

"Margarine"

u

"Minarine"

li tikkonċerna E 959 għandha tiġi emendata kif ġej:

"E 959 | Neohesperidine DC | Grassi li jistgħu jiddelku kif definiti fl-Annessi B u Ċ tar-Regolament (KE) Nru 2991/94 | 5 mg/kg" |

(q) l-oġġett ta' l-ikel u l-livell massimu li ġej għandu jiżdied ma’ E 999:

"E 999 | Estratt tal-quillaia | Sitru għajr cidre bouché | 200 mg/ l ikklakulat bħala estratt anidru" |

(r) għandha tiżdied it-tabella li ġejja:

"E 905 | Xama’ mikrokristallina | Trattament tas-superfiċi ta' ħlewwiet għajr iċ-ċikkulatachewing gumbettieħ, papaya, mangu u avokado | quantum satis |

E 1518 | Glyceryl triacetate (triacetin) | Chewing gum | quantum satis" |

(s) għandha tiżdied it-tabella li ġejja:

"E 459 | Beta-cyclodextrine | Oġġetti ta' l-ikel f'forma ta' pillola u f'forma ta' pillola miksija | quantum satis |

E 425 | Konjac | Oġġetti ta' l-ikel b'mod ġenerali (barra dawk li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2(3)) | 10 g/kg waħedhom jew f'taħlita |

| (i)Gomma tal-konjac | | |

| (ii)Konjac glucomannane" | | |

8. Fl-Anness V, għandha tiżdied it-tabella li ġejja:

"E 322 | Leċitini | Aġenti tad-dlik tal-frott |

E 432 - E 436 | Polysorbates | |

E 470a | Imluħa tas-sodju, tal-potassju u tal-kalċju ta' aċidi grassi | |

E 471 | Mono- u diglycerides ta' aċidi grassi | |

E 491 – E 495 | Sorbitans | |

E 570 | Aċidi grassi | |

E 900 | Dimethylpolysiloxane | |

| Polyethyleneglycol 6000 | Sustanzi li jagħtu l-ħlewwa |

E 425 | Konjac |

| (i)Gomma tal-Konjac |

| (ii)Konjac glucomannane |

E 459 | Beta-cyclodextrine | 1 g/kg |

E 1451 | Lamtu ossidizzat aċetilat |

E 468 | Cross linked sodium carboxy methyl cellulose | Sustanzi li jagħtu l-ħlewwa |

E 469 | Enzymatically hdyrolysed carboxy methyl cellulose" |

9. Fl-Anness VI:

(a) l-ewwel subparagrafu tan-nota ta' introduzzjoni għandu jinbidel b'dan li ġej:

"Il-ħalib tat-trab u l-ikel tal-ftim għat-trabi u tfal żgħar jista jkun fihom E 414 (gomma ta' l-acacia, gomma arabika) u E 551 (diossidu tas-silikon) li jirriżultaw mill-addizzjoni tal-preparazzjonijiet tan-nutrijenti li fihom aktar minn 150 g/kg ta' E 414 u 10 g/kg ta' E 551, kif ukoll E 421 (mannitol) meta dan ikun użat bħal ġarrier tal-vitamina B12 (mhux inqas minn parti waħda tal-vitamina B12 għal 1000 parti mannitol). Il-ġarr tal-E 414 fil-prodott lest biex jiġi kkunsmat m'għandux ikun aktar minn 10 mg/kg.

Il-ħalib tat-trab u l-ikel tal-ftim għat-trabi u tfal żgħar jista’ jkun fih E 301 (sodju L-ascorbate), użat f'livell QS fil-kisi ta' preparazzjonijiet tan-nutrijenti li fihom aċidi grassi polyunsaturated. Il-ġarr tal-E 301 fil-prodott lest biex jiġi konsumat m'għandux ikun aktar minn 75 mg/l.";

(b) fil-Parti 1, in-nota 2 għandha tinbidel b'li ġej:

"2. Jekk aktar minn waħda mis-sustanzi E 322, E 471, E 472ċ u E 473 hija miżjuda ma’ oġġett ta' l-ikel, il-livell massimu stabbilit għal dak l-oġġett ta' l-ikel għal kull waħda minn dawn is-sustanzi għandu jitnaqqas ma’ dik il-parti rilevanti li tkun preżenti mas-sustanzi l-oħra flimkien f'dak l-oġġett ta' l-ikel.";

(ċ) fl-I Parti, għandha tiżdied it-tabella li ġejja:

"E 304 | L-ascorbyl palmitate | 10 mg/l |

E 331 | Ċitrati tas-sodju | 2 g/l |

E 332 | Ċitrati tal-potassju | Waħedhom jew f'taħlita u b'konformità mal-limiti stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 91/321/KEE |

E 339 | Fosfati tas-sodju | 1 g/l espressi bħala P2O5 |

E 340 | Fosfati tal-potassju | Waħedhom jew f'taħlita u b'konformità mal-limiti stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 91/321/KEE |

E 412 | Gomma tal-guar | 1 g/l, fejn il-prodott likwidu jkun fih proteini parzjalment idrolizzati u jkun konformi mal-kundizzjonijiet ta' l-Anness IV tad-Direttiva 91/321/KEE kif emendata bid-Direttiva 96/4/KE |

E 472ċ | Esteri ta' l-aċidu taċ-ċitru ta' mono- u diglycerides ta' aċidi grassi | 7,5 g/l mibjugħ bħala trab 9 g/l mibjugħ bħala likwidu fejn il-prodotti jkun fihom proteini, peptidi jew aċidi aminiċi parzjalment idrolizzati u jkunu konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness IV tad-Direttiva 91/321/KEE kif emendata bid-Direttiva 96/4 KE |

E 473 | Esteri tas-sucrose ta' aċidi grassi | 120 mg/ l fi prodotti li fihom proteini, peptidi jew aċidi aminiċi idrolizzati." |

(d) fit-2 Parti, in-nota 2 għandha tinbidel b'li ġej:

"2. Jekk aktar minn waħda mis-sustanzi E 322, E 471, E 472ċ u E 473 hija miżjuda ma’ oġġett ta' l-ikel, il-livell massimu stabbilit għal dak l-oġġett ta' l-ikel għal kull waħda minn dawn is-sustanzi għandu jitnaqqas ma’ dik il-parti rilevanti li tkun preżenti mas-sustanzi l-oħra flimkien f'dak l-oġġett ta' l-ikel.";

(e) fit-2 Parti, għandha tiżdied it-tabella li ġejja:

"E 304 | L-ascorbyl palmitate | 10 mg/l |

E 331 | Ċitrati tas-sodju | 2 g/l |

E 332 | Ċitrati tal-potassju | Waħedhom jew f'taħlita u f'konformità mal-limiti stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 91/321/KEE |

E 339 | Fosfati tas-sodju | 1 g/l espressi bħala P2O5 |

E 340 | Fosfati tal-potassju | Waħedhom jew f'taħlita u b'konformità mal-limiti stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 91/321/KEE |

E 472ċ | Esteri ta' l-aċidu taċ-ċitru ta' mono- u diglycerides ta aċidi grassi | 7,5 g/l mibjugħ bħala trab 9 g/l mibjugħ bħala likwidu fejn il-prodotti jkun fihom proteini, peptidi jew aċidi aminiċi parzjalment idrolizzati u jkunu konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness IV tad-Direttiva 91/321/KEE kif emendata bid-Direttiva 96/4 KE |

E 473 | Esteri tas-sucrose ta' aċidi grassi | 120 mg/l fi prodotti li fihom proteini, peptidi jew aċidi aminiċi idrolizzati." |

f) fil-Parti 3, għandha tiżdied it-tabella li ġejja:

"E 333 | Ċitrati tal-kalċju | Fi prodotti fuq bażi ta' frott ta' livell baxx ta' zokkor | quantum satis |

E 341 | Fosfat tat-trikalċju | F'deżerti fuq bażi ta' frott | 1g/kg bħala P2O5 |

E 1451 | Lamtu ossidizzat aċitilat | Ikel tal-ftim | 50 g/kg"; |

(g) fil-Parti 4, għandha tiżdied it-tabella li ġejja:

"Numru E | Isem | Livell massimu | Kundizzjonijiet speċjali |

E 401 | Alġinat tas-sodju | 1 g/l | Minn erba’ xhur ‘il quddiem fi prodotti ta' l-ikel speċjali b'kompożizzjoni addattata, meħtieġ għal taqlib metaboliku u għat-tmigħ ġenerali minn tubu |

E 405 | Propane 1,2-diolalginate | 200 mg/l | Minn 12-il xahar ’il quddiem f'dieti speċjalizzati ntenzjonati għal tfal żgħar li għandhom intolleranza għall-ħalib tal-baqra jew żbalji innati tal-metaboliżmu |

E 410 | Gomma tal-ħarrub | 10 g/l | Mit-twelid ’il quddiem fi prodotti għan-nuqqas ta' rifluss gastro-esofagali |

E 412 | Gomma tal-guar | 10 g/l | Mit-twelid ’il quddiem f'riċetti likwidi li fihom il-proteini idrolizzati, peptidi u aċidi aminiċi f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness IV tad-Direttiva 91/321/KEE kif emendata bid-Direttiva 96/4/KE |

E 415 | Gomma tax-xanthar | 1,2 g/l | Mit-twelid ’il quddiem għall-użu fi prodotti fuq bażi ta' aċidi aminiċi jew peptidi għall-użu ma’ pazjenti li għandhom problemi ta' indeboliment ta' l-apparat gastro-intestinali, assorbiment ħażin tal-proteini jew żbalji innati tal-metaboliżmu |

E 440 | Pektini | 10 g/l | Mit-twelid ’il quddiem fi prodotti wżati fil-każ ta' taqlib gastro-intestinali |

E 466 | Sodium carboxy methyl cellulose | 10 g/l jew kg | Mit-twelid ’il quddiem fi prodotti għat-tmexxija tad-dieta ta' taqlib metaboliku |

E 471 | Mono- u diglycerides ta' aċidi grassi | 5 g/l | Mit-twelid ’il quddiem f'dieti speċjalizzati, b'mod partikolari għal dawk neqsin mill-proteini |

E 1450 | Starch sodium octenyl succinate | 20 g/l | F'riċetti tat-trabi u riċetti follow-on" |

--------------------------------------------------

Top