EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0223

Kawża C-223/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia n °7 de Las Palmas de Gran Canaria (Spanja) fis- 7 ta’ Mejju 2014 – Tecom Mican S.L. vs Man Diesel & Turbo SE

ĠU C 223, 14.7.2014, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia no 7 de Las Palmas de Gran Canaria (Spanja) fis-7 ta’ Mejju 2014 – Tecom Mican S.L. vs Man Diesel & Turbo SE

(Kawża C-223/14)

2014/C 223/12

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia no 7 de Las Palmas de Gran Canaria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tecom Mican S.L.

Konvenuta: Man Diesel & Turbo SE

Domandi preliminari

1)

Dokument purament privat jista’ jitqies bħala “dokument extra-ġudizzjarju” fis-sens tal-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 1393/2007 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, irrispettivament mill-fatt li dan ma nħariġx minn awtorità pubblika mhux ġudizzjarja jew minn uffiċjal pubbliku mhux ġudizzjarju?

2.

Jekk dan ikun il-każ, kull dokument privat jista’ jitqies bħala dokument extra-ġudizzjarju, jew dan id-dokument privat għandu jissodisfa ċerti karatteristiċi preċiżi?

3.

Anki meta d-dokument privat jissodisfa dawn il-karatteristiċi, ċittadin tal-Unjoni jista’ jitlob in-notifika permezz tal-proċedura prevista fl-Artikolu 16 ta’ dan ir-Regolament Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, meta huwa jkun diġà wettaq din in-notifika permezz ta’ awtorità pubblika oħra mhux ġudizzjarja bħal, per eżempju, nutar?

4.

Fl-aħħar nett, għall-finijiet tal-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 1393/2007, hemm lok li jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li din il-kooperazzjoni għandha implikazzjonijiet transkonfinali u hija neċessarja għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern? Meta hemm lok li jitqies li l-kooperazzjoni għandha “implikazzjoni transkonfinali u hija neċessarja għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern”?


(1)  Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz [notifika] ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 (ĠU L 324, p. 79).


Top