EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0178

Kawża T-178/17: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2017 – W&O medical esthetics vs EUIPO – Fidia farmaceutici (HYALSTYLE)

ĠU C 144, 8.5.2017, p. 58–59 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 144/58


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2017 – W&O medical esthetics vs EUIPO – Fidia farmaceutici (HYALSTYLE)

(Kawża T-178/17)

(2017/C 144/79)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: W&O medical esthetics GmbH (Oberursel, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Finkentey, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Fidia farmaceutici SpA (Abano Terme, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea“HYALSTYLE” – trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 11 645 471

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Jannar 2017 fil-Każ R 872/2016-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top