EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TB0295

Kawża T-295/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2017 – SymbioPharm vs EMA (Rikors għal annullament — Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Bidu tal-proċedura ta’ riferiment tal-EMA — Artikoli 31 sa 34 tad-Direttiv 2001/83/KE — Prodott mediċinali Symbioflor 2 u prodotti mediċinali li għandhom isem li jixxiebah — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Att preparatorju — Inammissibbiltà)

ĠU C 144, 8.5.2017, p. 45–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 144/45


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2017 – SymbioPharm vs EMA

(Kawża T-295/16) (1)

((Rikors għal annullament - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Bidu tal-proċedura ta’ riferiment tal-EMA - Artikoli 31 sa 34 tad-Direttiv 2001/83/KE - Prodott mediċinali Symbioflor 2 u prodotti mediċinali li għandhom isem li jixxiebah - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att preparatorju - Inammissibbiltà))

(2017/C 144/61)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: SymbioPharm GmbH (Herborn, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Sander, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) (rappreżentanti: T. Jabłoński, N. Rampal Olmedo, I. Ratescu, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-ittra tal-EMA tal-1 ta’ April 2016 fir-rigward tal-bidu tal-proċedura ta’ riferiment imsemmija fl-Artikoli 32 sa 34 tad-Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69), fir-rigward tal-prodott mediċinali Symbioflor 2 u prodotti mediċinali li għandhom isem li jixxiebah wara notifika mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja skont l-Artikolu 31 tal-imsmemija direttiva.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

SymbioPharm GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 279, 1.8.2016.


Top