EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0216

Kawża T-216/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Marzu 2017 – Vignerons de la Méditerranée vs EUIPO – Bodegas Grupo Yllera (LE VAL FRANCE) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea LE VAL FRANCE — Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea VIÑA DEL VAL — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

ĠU C 144, 8.5.2017, p. 40–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 144/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Marzu 2017 – Vignerons de la Méditerranée vs EUIPO – Bodegas Grupo Yllera (LE VAL FRANCE)

(Kawża T-216/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea LE VAL FRANCE - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea VIÑA DEL VAL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 144/53)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Vignerons de la Méditerranée (Narbonne, Franza) (rappreżentanti: M. Karsenty-Ricard u M. Merli, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Bodegas Grupo Yllera SL (Rueda, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-2 ta’ Marzu 2016 (Każ R 427/2015-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bodegas Grup Yllera u Vignerons de la Méditerranée.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Vignerons de la Méditerranée hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 243, 4.7.2016.


Top