EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0174

Kawża T-174/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2017 – Wessel-Werk vs EUIPO – Wolf PVG (aċċessorji tat-tindif ta’ magna li tiġbed it-trab) [“Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta aċċessorju tat-tindif ta’ magna li tiġbed it-trab — Disinn Komunitarju preċedenti — Raġuni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Natura individwali — Utent avżat — Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”]

ĠU C 144, 8.5.2017, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 144/39


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2017 – Wessel-Werk vs EUIPO – Wolf PVG (aċċessorji tat-tindif ta’ magna li tiġbed it-trab)

(Kawża T-174/16) (1)

([“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta aċċessorju tat-tindif ta’ magna li tiġbed it-trab - Disinn Komunitarju preċedenti - Raġuni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Natura individwali - Utent avżat - Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”])

(2017/C 144/51)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Wessel-Werk GmbH (Reichshof, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Becker, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Wolf PVG GmbH & Co. KG (Vlotho, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Künzel, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tat-18 ta’ Frar 2016 (Każ R 1652/2014-3), kif rettifikata, dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Wolf PVG u Wessel-Werk.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Wessel-Werk GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 211, 13.6.2016.


Top