EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0473

Kawża T-473/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 16 ta’ Marzu 2017 – Capella vs EUIPO – Abus (APUS) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea APUS — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ABUS — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Limitazzjonijiet suċċessivi tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni quddiem il-Bord tal-Appell — Artikolu 43(1) tar-Regolament Nru 207/2009 — Kompetenza tal-Bord tal-Appell — Artikolu 64(1) tar-Regolament Nru 207/2009 — Dritt għal smigħ — It-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 — Regola 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 2868/96”]

ĠU C 144, 8.5.2017, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 144/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 16 ta’ Marzu 2017 – Capella vs EUIPO – Abus (APUS)

(Kawża T-473/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea APUS - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ABUS - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Limitazzjonijiet suċċessivi tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni quddiem il-Bord tal-Appell - Artikolu 43(1) tar-Regolament Nru 207/2009 - Kompetenza tal-Bord tal-Appell - Artikolu 64(1) tar-Regolament Nru 207/2009 - Dritt għal smigħ - It-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 - Regola 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 2868/96”])

(2017/C 144/49)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Capella EOOD (Sofia, il-Bulgarija) (rappreżentant: F. Henkel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Abus August Bremicker Söhne KG (Wetter, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Hallwachs, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Ġunju 2015 (Każ R 117/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Abus August Bremicker Söhne u Capella.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-2 ta’ Ġunju 2015 (Każ R 117/2014-4) hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Capella EOOD.

3)

Abus August Bremicker Söhne KG għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 328, 5.10.2015


Top