EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0072

Kawża C-72/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesarbeitsgericht Berlin-Brandenburg (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Frar 2017 – Isabelle Walkner vs APSB – Aviation Passage Service Berlin GmbH & Co. KG

ĠU C 144, 8.5.2017, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 144/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesarbeitsgericht Berlin-Brandenburg (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Frar 2017 – Isabelle Walkner vs APSB – Aviation Passage Service Berlin GmbH & Co. KG

(Kawża C-72/17)

(2017/C 144/36)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesarbeitsgericht Berlin-Brandenburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Isabelle Walkner

Konvenuta: APSB – Aviation Passage Service Berlin GmbH & Co. KG

Domandi preliminari

1)

Impriża li tikkontrolla lill-persuna li timpjega, fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE, tal-20 ta’ Lulju 1998, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies [tkeċċijiet] kollettivi (1), tfisser biss impriża li l-influwenza tagħha hija żgurata b’ishma u bi drittijiet għal vot jew hija suffiċjenti influwenza kuntrattwali jew fattwali (minħabba, pereżempju, il-possibbiltajiet li għandhom persuni fiżiċi li jagħtu struzzjonijiet)?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fis-sens li ma hijiex meħtieġa influwenza żgurata b’ishma jew bi drittijiet għal vot:

Ikun hemm ukoll “deċiżjoni dwar [tkeċċijiet] kollettivi” fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(4) tad-Direttiva 98/59/KE jekk l-impriża li tikkontrolla lill-persuna li timpjega timponi fuq din tal-aħħar kundizzjonijiet li jrendu t-tkeċċijiet ekonomikament neċessarji għall-persuna li timpjega?

3)

Fil-każ li r-risposta għat-tieni domanda tkun fl-affermattiv:

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(4) moqri flimkien mal-Artikolu 2(3)(a), mal-Artikolu 2(3)(b)(i), kif ukoll mal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 98/59/KE jeżiġi li r-rappreżentanza tal-ħaddiema tkun ukoll informata bir-raġunijiet ekonomiċi jew oħra li abbażi tagħhom l-impriża li tikkontrolla lill-persuna li timpjega tkun ħadet id-deċiżjonijiet tagħha li wasslu sabiex il-persuna li timpjega tipprevedi tkeċċijiet kollettivi?

4)

Huwa kompatibbli mal-Artikolu 2(4) moqri flimkien mal-Artikolu 2(3)(a), mal-Artikolu 2(3)(b)(i), kif ukoll mal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 98/59/KE, li l-ħaddiema li jkunu ppreżentaw rikors ġudizzjarju għall-annullament tat-tkeċċija tagħhom fil-kuntest ta’ tkeċċija kollettiva u li jsostnu li l-persuna li timpjegahom, li tkun responsabbli mit-tkeċċija, ma segwietx korrettament il-proċedura ta’ konsultazzjoni mar-rappreżentanza tal-ħaddiema, ikollhom oneru ta’ preżentazzjoni ta’ fatti u ta’ produzzjoni ta’ provi li jmur lil hinn mill-oneru ta’ prova ta’ sitwazzjoni ta’ kontroll fuq il-persuna li timpjega?

5)

Fil-każ li r-risposta għar-raba’ domanda tkun fl-affermattiv:

Liema obbligi oħra ta’ preżentazzjoni ta’ fatti u ta’ produzzjoni ta’ provi jistgħu jiġu imposti fuq il-ħaddiema f’dan il-każ skont id-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 327


Top