EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0063

Kawża C-63/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal d’instance de Limoges (Franza) fis-6 ta’ Frar 2017 – Banque Solfea SA vs Jean-François Veitl

ĠU C 144, 8.5.2017, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 144/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal d’instance de Limoges (Franza) fis-6 ta’ Frar 2017 – Banque Solfea SA vs Jean-François Veitl

(Kawża C-63/17)

(2017/C 144/32)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal d’instance de Limoges

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Banque Solfea SA

Konvenut: Jean-François Veitl

Domanda preliminari

Fejn ir-rata annwali effettiva globali ta’ kreditu hija ta’ 6,75772 %, ir-regola stabbilita fid-Direttivi 98/7/KE, tas-16 ta’ Frar 1998 (1) u 2008/48/KE, tat-23 ta’ April 2008 (2), li tistabbilixxi, fil-verżjoni Franċiża li, “Le résultat du calcul est exprimé avec une exactitude d’au moins une décimale. Si le chiffre de la décimale suivante est supérieur ou égal à 5, le chiffre de la première décimale sera augmenté de 1”, tradotta bħala “Ir-riżultat tal-kalkolu għandu jiġi espress b’eżattezza ta’ mill-inqas punt deċimali wieħed. Jekk iċ-ċifra fil-punt deċimali li ssegwi tkun ikbar minn jew ugwali għal 5, iċ-ċifra f’dan il-post deċimali partikolari għandha tiżdied b’wieħed.”, tippermetti li titqies bħala eżatta RAE ta’ 6,75 %?


(1)  Direttiva 98/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 1998, li temenda d-Direttiva 87/102/KEE għall-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-kreditu lill-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 36).

(2)  Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, p. 66).


Top