EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0638

Kawża C-638/16 PPU: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-7 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil du Contentieux des Étrangers – il-Belġju) – X, X vs État belge (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KE) Nru 810/2009 — Artikolu 25(1)(a) — Viża b’validità territorjali limitata — Ħruġ ta’ viża għal raġunijiet umanitarji jew sabiex jiġu onorati obbligi internazzjonali — Kunċett ta’ “obbligi internazzjonali” — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali — Konvenzjoni ta’ Genève — Ħruġ ta’ viża fil-każ ta’ riskju kkonfermat ta’ ksur tal-Artikoli 4 u/jew 18 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali — Assenza ta’ obbligu)

ĠU C 144, 8.5.2017, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 144/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-7 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil du Contentieux des Étrangers – il-Belġju) – X, X vs État belge

(Kawża C-638/16 PPU) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 810/2009 - Artikolu 25(1)(a) - Viża b’validità territorjali limitata - Ħruġ ta’ viża għal raġunijiet umanitarji jew sabiex jiġu onorati obbligi internazzjonali - Kunċett ta’ “obbligi internazzjonali” - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali - Konvenzjoni ta’ Genève - Ħruġ ta’ viża fil-każ ta’ riskju kkonfermat ta’ ksur tal-Artikoli 4 u/jew 18 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Assenza ta’ obbligu))

(2017/C 144/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil du Contentieux des Étrangers

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X, X

Konvenut: État belge

Dispożittiv

L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi), kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 610/2013, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, għandu jiġi interpretat fis-sens li applikazzjoni għal viża b’validità territorjali limitata ppreżentata minn ċittadin ta’ pajjiż terz għal raġunijiet umanitarji, abbażi tal-Artikolu 25 ta’ dan il-kodiċi, quddiem rappreżentanza tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni, li tinsab fit-territorju ta’ pajjiż terz, bl-intenzjoni li jippreżenta, mal-wasla tiegħu f’dan l-Istat Membru, applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali u, sussegwentement, li jissoġġorna fl-imsemmi Stat Membru għal iktar minn 90 jum f’perijodu ta’ 180 jum, ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi kodiċi, iżda, fl-istat attwali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, taħt id-dritt nazzjonali biss.


(1)  ĠU C 38, 6.2.2017.


Top