EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0141

Kawża C-141/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif de Rennes – Franza) – Doux SA, taħt verifika vs Etablissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KE) Nru 543/2008 — Artikolu 15(1) — Artikolu 16 — Tiġieġ iffriżat jew iffriżat malajr — Limitu massimu tal-kontenut ta’ ilma — Obsolexxenza ta’ dan il-limitu — Modalitajiet prattiċi tal-kontrolli — Analiżi kontradittorji — Regolament Nru 612/2009 — Artikolu 28 — Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli — Kundizzjonijiet għall-għoti — Kwalità tajba u ġusta għat-tqegħid fis-suq — Prodotti li jistgħu jiġu kkumerċjalizzati taħt kundizzjonijiet normali)

ĠU C 144, 8.5.2017, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 144/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif de Rennes – Franza) – Doux SA, taħt verifika vs Etablissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer)

(Kawża C-141/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 543/2008 - Artikolu 15(1) - Artikolu 16 - Tiġieġ iffriżat jew iffriżat malajr - Limitu massimu tal-kontenut ta’ ilma - Obsolexxenza ta’ dan il-limitu - Modalitajiet prattiċi tal-kontrolli - Analiżi kontradittorji - Regolament Nru 612/2009 - Artikolu 28 - Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli - Kundizzjonijiet għall-għoti - Kwalità tajba u ġusta għat-tqegħid fis-suq - Prodotti li jistgħu jiġu kkumerċjalizzati taħt kundizzjonijiet normali))

(2017/C 144/02)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif de Rennes

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Doux SA, taħt verifika

Konvenut: Etablissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer)

Dispożittiv

1)

L-eżami tat-tielet domanda ma jiżvela ebda element tali li jaffettwa l-validità tal-limiti ta’ kontenut ta’ ilma tal-laħam tat-tiġieġ iffriżat iddefiniti fl-Artikolu 15(1) u fl-Annessi VI u VII tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 543/2008, tas-16 ta’ Ġunju 2008, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam mal-istandards għat-tqegħid fis-suq tal-laħam tat-tjur, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1239/2012, tad-19 ta’ Diċembru 2012.

2)

L-Artikolu 28(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 612/2009, tas-7 ta’ Lulju 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 173/2011, tat-23 ta’ Frar 2011, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-tiġieġ iffriżat jew iffriżat malajr li l-kontenut ta’ ilma tiegħu jaqbeż il-limiti ffissati mir-Regolament Nru 543/2008, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1239/2012, ma jistax jitqiegħed fis-suq taħt kundizzjonijiet normali fit-territorju tal-Unjoni u ma jissodisfax ir-rekwiżit ta’ kwalità tajba u ġusta jitqiegħed fis-suq, anki jekk ikun akkumpanjat b’ċertifikat ta’ ikel tajjeb għas-saħħa maħruġ mill-awtorità kompetenti.

3)

Peress li l-Annessi VI u VII tar-Regolament Nru 543/2008, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1239/2012, huma suffiċjentement preċiżi biex isiru kontrolli tat-tiġieġ iffriżat u ffriżat malajr intiż li jiġi esportat bir-rifużjoni fuq l-esportazzjoni, iċ-ċirkustanza li Stat Membru ma ddeċidiex il-modalitajiet prattiċi, li l-adozzjoni tagħhom hija prevista fl-Artikolu 18(2) tal-imsemmi regolament, ma tfissirx li dawn il-kontrolli ma jistgħux jiġu invokati kontra l-impriżi kkonċernati.

4)

L-esportatur ta’ tiġieġ iffriżat jew iffriżat malajr jista’, konformement mal-Artikolu 118(2) u mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 119(1) tar-Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi doganali modernizzat), minn naħa, jassisti personalment jew ikun irrappreżentat għall-eżami tal-merkanzija jew għat-teħid ta’ kampjuni u, min-naħa l-oħra, jitlob eżami jew teħid ta’ kampjuni addizzjonali tal-imsemmija merkanzija jekk huwa jqis li r-riżultati miksuba mill-awtoritajiet kompetenti ma humiex validi.


(1)  ĠU C 190, 8.6.2015


Top