EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0279

Kawża T-279/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 14 ta’ Settembru 2011 — K-Mail Order vs UASI — IVKO (MEN’Z) ( Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva MEN’Z — Isem kummerċjali preċedenti WENZ — Raġuni relattiva għal rifjut — Sinjifikat lokali tas-sinjal preċedenti — Artikolu 8(4) u Artikolu 41(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 )

ĠU C 311, 22.10.2011, p. 44–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2011 — K-Mail Order vs UASI — IVKO (MEN’Z)

(Kawża T-279/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva MEN’Z - Isem kummerċjali preċedenti WENZ - Raġuni relattiva għal rifjut - Sinjifikat lokali tas-sinjal preċedenti - Artikolu 8(4) u Artikolu 41(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2011/C 311/82

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: K-Mail Order GmbH & Co. KG (Pforzheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Zeiher u G. Stallecker, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: IVKO Industrieprodukt-Vertriebskontakt GmbH (Baar-Wanderath, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Marzu 2010 (Każ R 746/2009-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Wenz GmbH u IVKO Industrieprodukt-Vertriebskontakt GmbH.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

K-Mail Order GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 234, 28.08.2010.


Top