EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0008

Kawża T-8/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 13 ta’ Settembru 2011 — Dredging International u Ondernemingen Jan de Nul vs EMSA ( Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi tal-EMSA — Intervent ta’ bastimenti ta’ assistenza bil-għan li jiġi miġġieled it-tniġġis bl-idrokarburi — Ċaħda tal-offerta — Rikors għal annullament — Nuqqas ta’ konformità tal-offerta mal-għan tal-kuntratt — Konsegwenzi — Trattament ugwali — Proporzjonalità — Definizzjoni tas-suġġett tal-kuntratt — Nuqqas ta’ żvelar tal-karatteristiċi u tal-vantaġġi tal-offerta magħżula — Motivazzjoni — Għoti ta’ kuntratt — Nuqqas ta’ interess ġuridiku — Talba għal dikjarazzjoni ta’ nullità tal-kuntratt konkluż mal-persuna li ngħatat il-kuntratt — Talba għad-danni )

ĠU C 311, 22.10.2011, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2011 — Dredging International u Ondernemingen Jan de Nul vs EMSA

(Kawża T-8/09) (1)

(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi tal-EMSA - Intervent ta’ bastimenti ta’ assistenza bil-għan li jiġi miġġieled it-tniġġis bl-idrokarburi - Ċaħda tal-offerta - Rikors għal annullament - Nuqqas ta’ konformità tal-offerta mal-għan tal-kuntratt - Konsegwenzi - Trattament ugwali - Proporzjonalità - Definizzjoni tas-suġġett tal-kuntratt - Nuqqas ta’ żvelar tal-karatteristiċi u tal-vantaġġi tal-offerta magħżula - Motivazzjoni - Għoti ta’ kuntratt - Nuqqas ta’ interess ġuridiku - Talba għal dikjarazzjoni ta’ nullità tal-kuntratt konkluż mal-persuna li ngħatat il-kuntratt - Talba għad-danni)

2011/C 311/68

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Dredging International NV (Zwijndrecht, il-Belġju); u Ondernemingen Jan de Nul NV (Hofstade-Aalst, il-Belġju) (rappreżentanti: R. Martens u A. Van Vaerenbergh, avukati)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) (rappreżentanti: J. Menze, aġent, assistit minn J. Stuyck u A.-M. Vandromme, avukati)

Suġġett

Primarjament, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EMSA tad-29 ta’ Ottubru 2008, li tiċħad l-offerta mressqa mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura nnegozzjata EMSA/NEG/3/2008, li tirrigwarda l-konklużjoni ta’ kuntratti għal servizzi relatati mal-intervent ta’ bastimenti ta’ assistenza bil-għan li jiġi miġġieled it-tniġġis bl-idrokarburi (lott Nru 2: Baħar tat-Tramuntana) u li tattribwixxi l-kuntratt lil DC International, sussegwentement, talba għal dikjarazzjoni ta’ nullità tal-kuntratt konkluż bejn l-EMSA u DC International u, finalment, talba għad-danni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Dredging International NV u Ondernemingen Jan de Nul NV huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 82, 04.04.2009.


Top