EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0308

Kawża T-308/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 14 ta’ Settembru 2011 — Tegebauer vs Il-Parlament (Dritt għal petizzjoni — Petizzjoni indirizzata lill-Parlament — Deċiżjoni li ma tittiħidx azzjoni — Rikors għal annullament — Att li jista’ jiġi kkontestat — Ammissibbiltà — Obbligu ta’ motivazzjoni)

ĠU C 311, 22.10.2011, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2011 — Tegebauer vs Il-Parlament

(Kawża T-308/07) (1)

(Dritt għal petizzjoni - Petizzjoni indirizzata lill-Parlament - Deċiżjoni li ma tittiħidx azzjoni - Rikors għal annullament - Att li jista’ jiġi kkontestat - Ammissibbiltà - Obbligu ta’ motivazzjoni)

2011/C 311/59

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Ingo-Jens Tegebauer (Trier, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment R. Nieporte, sussegwentement H.-B. Pfriem, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment H. Krück u M. Windisch, sussegwentement N. Lorenz u E. Waldherr, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Ġunju 2007, li tiċħad il-petizzjoni ppreżentata mir-rikorrent fis-7 ta’ Frar 2007 (Petizzjoni Nru 95/2007).

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Ġunju 2007, li ma tittiħidx azzjoni fuq il-petizzjoni ppreżentata minn Ingo-Jens Tegebauer fis-7 ta’ Frar 2007 (Petizzjoni Nru 95/2007) hija annullata.

(2)

Il-Parlament għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta’ I. J. Tegebauer.


(1)  ĠU C 269, 10.11.2007


Top