EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0408

Kawża C-408/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Münster (il-Ġermanja) fl- 1 ta’ Awwissu 2011 — Proċeduri kriminali kontra Thomas Karl-Heinz Kerkhoff

ĠU C 311, 22.10.2011, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Münster (il-Ġermanja) fl-1 ta’ Awwissu 2011 — Proċeduri kriminali kontra Thomas Karl-Heinz Kerkhoff

(Kawża C-408/11)

2011/C 311/34

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Münster

Partijiet fil-kawża prinċipali

Thomas Karl-Heinz Kerkhoff

Staatsanwaltschaft Münster

Domanda preliminari

L-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2006/126/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, Stat Membru jista’ jirrifjuta li jirrikonoxxi b’mod permanenti liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor lil sewwieq li l-liċenza tas-sewqan tiegħu kienet diġà ġiet irtirata fl-ewwel Stat Membru meta ma kien impost ebda perijodu ta’ projbizzjoni distint fir-rigward tal-ħruġ ta’ liċenzja tas-sewqan ġdida jew meta l-perijodu ta’ projbizzjoni impost kien sadanittant skada?


(1)  Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar il-liċenzji tas-sewqan (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 403, p.18).


Top