EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0266

Kawża C-266/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (id-Danimarka) fis- 27 ta’ Mejju 2011 — Dansk Funktionærforbund, Serviceforbundet għal Frank Frandsen vs Cimber Air A/S

ĠU C 311, 22.10.2011, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (id-Danimarka) fis-27 ta’ Mejju 2011 — Dansk Funktionærforbund, Serviceforbundet għal Frank Frandsen vs Cimber Air A/S

(Kawża C-266/11)

2011/C 311/24

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Vestre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Dansk Funktionærforbund, Serviceforbundet għal Frank Frandsen.

Konvenuta: Cimber Air A/S

Domandi preliminari

“Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li l-projbizzjoni fuq kull forma ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età tipprekludi regoli nazzjonali milli tikkonferma l-validità ta’ ftehiem kollettiv bejn kumpannija tal-ajru u l-organizzazzjoni kummerċjali li tirrappreżenta l-piloti ta’ dik il-kumpannija, li jipprovdi għall-irtirar obbligatorja mas-60 sena, meta dik id-dispożizzjoni tal-ftehim, li kienet tapplika wkoll qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva tal-Kunsill u qabel id-dħul fis-seħħ tal-leġislazzjoni nazzjonali ta’ implementazzjoni, għandha bħala l-għan tagħha l-protezzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni fuq il-bażi ta’ kunsiderazzjoni ġenerali ta’ kapaċità ta’ prestazzjoni mnaqqsa bl-età, mingħajr evalwazzjoni speċifika tal-kapaċità ta’ prestazzjoni individwali tal-pilota, iżda b’mod li l-pilota individwali jista’ jitlob li jitħalla jkompli l-impjieg tiegħu minn sena għall-oħra wara l-approvazzjoni minn kumitat magħmul minn rappreżentanti ta’ min jimpjega u tal-impjegati?”


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.


Top