EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CB0451

Kawża C-451/10 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad- 9 ta’ Ġunju 2011 — Télévision française 1 SA (TF1) vs Il-Kummissjoni Ewropea, Métropole télévision (M6), Canal +, Ir-Repubblika Franċiża, France Télévisions (Appell — Għajnuna mill-Istat — Artikolu 86(2) KE — Servizz pubbliku ta’ xandir — Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet — Prova — Effettività ekonomika tal-impriża)

ĠU C 311, 22.10.2011, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/14


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Ġunju 2011 — Télévision française 1 SA (TF1) vs Il-Kummissjoni Ewropea, Métropole télévision (M6), Canal +, Ir-Repubblika Franċiża, France Télévisions

(Kawża C-451/10 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 86(2) KE - Servizz pubbliku ta’ xandir - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Prova - Effettività ekonomika tal-impriża)

2011/C 311/20

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Télévision française 1 SA (TF1) (rappreżentant: J.-P. Hordies, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u B. Stromsky, aġenti), Métropole télévision (M6), Canal + (rappreżentanti: E. Guillaume, avukat), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u J. Gstalter, aġenti), France Télévisions (rappreżentanti: J.-P. Gunther u A. Giraud, avukati)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla), tal-1 ta’ Lulju 2010, TFI u M6 vs Il-Kummissjoni (Kawżi magħquda T-568/08 u T-573/08), li permezz tagħhom il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tar-rikorrenti intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3506 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar il-proġett ta’ għoti mir-Repubblika Franċiża ta’ kapital ta’ EUR 150 miljun lil France Télévisions SA — Ksur tar-regoli dwar l-oneru u l-produzzjoni tal-prova — Ksur tal-Artikolu 106(2) TFUE — Kunċett ta’ “servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali” — Nuqqas ta’ diffikultajiet serji

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Télévision française 1 SA (TF1) hija kkundannata għall-ispejjeż.

(3)

Canal + u r-Repubblika Franċiża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  GU C 328, 04.12.2010.


Top