EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0220

Kawża C-220/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat- 8 ta’ Settembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 91/271/KEE — Tniġġis u inkonvenjenzi — Trattament tal-ilma urban mormi — Artikoli 3, 5 u 6 — Nuqqas ta’ identifikazzjoni taż-żoni sensittivi — Nuqqas ta’ implementazzjoni ta’ trattament iktar strett ta’ skariki f’żoni sensittivi)

ĠU C 311, 22.10.2011, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-8 ta’ Settembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-220/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 91/271/KEE - Tniġġis u inkonvenjenzi - Trattament tal-ilma urban mormi - Artikoli 3, 5 u 6 - Nuqqas ta’ identifikazzjoni taż-żoni sensittivi - Nuqqas ta’ implementazzjoni ta’ trattament iktar strett ta’ skariki f’żoni sensittivi)

2011/C 311/16

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u S. Pardo Quintillán, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u M. J. Lois, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 26)

Dispożittiv

(1)

Billi r-Repubblika Portugiża,

identifikat bħala żoni inqas sensittivi l-ibħra kostali kollha tal-gżira ta’ Madeira u l-ibħra kostali kollha tal-gżira ta’ Porto Santo;

issuġġettat għal trattament inqas strett minn dak previst fl-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi, l-ilma urban mormi li jiġi mill-agglomerazzjonijiet b’popolazzjoni ogħla minn 10 000 persuna bħal ma huma l-agglomerazzjonijiet ta’ Funchal u ta’ Câmara de Lobos, skarikati fl-ibħra kostali tal-gżira ta’ Madeira;

ma ggarantietx, fir-rigward tal-agglomerazzjoni tal-estwarju tax-xmara Tejo, jiġifieri Quinta do Conde, l-eżistenza ta’ sistemi għall-ġbir ta’ ilma urban mormi skont kif inhu pprovdut fl-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva;

u billi ma ggarantietx, fir-rigward tal-agglomerazzjonijiet ta’ Albufeira/Armação de Pêra, ta’ Beja, ta’ Chaves u ta’ Viseu u fir-rigward tal-erba’ agglomerazzjonijiet li wettqu skariki fuq il-kosta xellugija tal-estwarju tax-xmara Tejo, jiġifieri Barreiro/Moita, Corroios/Quinta da Bomba, Quinta do Conde u Seixal, trattament iktar strett minn dak previst fl-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva,

hija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 3, 5, u 6 tad-Direttiva 91/271.

(2)

Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 209, 31.07.2010.


Top