EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0120

Kawża C-120/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 8 ta’ Settembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) — European Air Transport SA vs Collège d’Environnement de la Région de Bruxelles Capitale (Trasport bl-ajru — Direttiva 2002/30/KE — Restrizzjonijiet fuq l-operat marbuta mal-ħoss fl-ajruporti tal-Komunità — Limiti tal-livell tal-ħoss li għandhom jiġu osservati f’titjiriet fuq territorji urbani li jinsabu viċin)

ĠU C 311, 22.10.2011, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Settembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) — European Air Transport SA vs Collège d’Environnement de la Région de Bruxelles Capitale

(Kawża C-120/10) (1)

(Trasport bl-ajru - Direttiva 2002/30/KE - Restrizzjonijiet fuq l-operat marbuta mal-ħoss fl-ajruporti tal-Komunità - Limiti tal-livell tal-ħoss li għandhom jiġu osservati f’titjiriet fuq territorji urbani li jinsabu viċin)

2011/C 311/13

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: European Air Transport SA

Konvenuta: Collège d’Environnement de la Région de Bruxelles-Capitale, Région de Bruxelles-Capitale

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Conseil d’État — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2(e), 4(4) u 6(2) tad-Direttiva 2002/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Marzu 2002, dwar l-istabbiliment ta’ regoli u proċeduri għall-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet tal-ħoss fl-ajruporti tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 6, p. 96) — Limiti fil-livell tal-ħoss li għandhom jiġu osservati matul it-titjiriet fuq territorji urbani li jinsabu fil-viċinanzi ta’ ajruport — Kunċett ta’ “restrizzjoni fuq l-operat” — Restrizzjonijiet adottati fir-rigward ta’ ajruplani li jkunu jikkonformaw bi ftit — Possibbiltà li jiġu stabbiliti tali restrizzjonijiet skont il-livell tal-ħoss imkejjel mill-art — Impatt tal-Konvenzjoni fuq l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (Konvenzjoni ta’ Chicago)

Dispożittiv

L-Artikolu 2(e) tad-Direttiva 2002/30 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Marzu 2002, dwar l-istabbiliment ta’ regoli u proċeduri għall-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet tal-ħoss fl-ajruporti tal-Komunità għandha tiġi interpretata fis-sens li “restrizzjoni fuq l-operat” tikkostitwixxi miżura projbittiva totali jew temporanja li tipprojbixxi l-aċċess ta’ ajruplan bil-jet subsoniku ċivili għal ajruport ta’ Stat Membru tal-Unjoni. Konsegwentement, leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tal-ambjent, li timponi limiti massimi ta’ ħoss imkejjel mill-art, li għandu jiġi rrispettat f’titjiriet fuq territorji li jinsabu qrib l-ajruport, ma tikkostitwix, bħala tali, “restrizzjoni fuq l-operat” fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, sakemm, minħabba l-kuntesti ekonomiċi, tekniki u ġuridiċi relevanti, jkollhom l-istess effetti bħal projbizzjoni tal-aċċesss għall-imsemmi ajruport


(1)  ĠU C 148, 05.06.2010.


Top