EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010FN0095

Kawża F-95/10: Rikors ippreżentat fit- 8 ta’ Ottubru 2010 — Eberhard Bömcke vs BEI

ĠU C 328, 4.12.2010, p. 62–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/62


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ottubru 2010 — Eberhard Bömcke vs BEI

(Kawża F-95/10)

()

2010/C 328/101

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Eberhard Bömcke (Athus, il-Belġju) (rappreżentant: D. Lagasse, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni meħuda mid-Direttur tar-Riżorsi Umani tal-konvenut li tikkonferma li l-mandat bħala rappreżentant tal-persunal tar-rikorrent skada u t-talba għad-danni.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tad-Direttur tar-Riżorsi Umani tal-BEI, innotifikata lir-rikorrent permezz ta’ ittra tat-22 ta’ Settembru 2010 li huwa rċieva fl-24 ta’ Settembru 2010,

jikkundanna lill-BEI jagħmel tajjeb għad-dannu morali mġarrab mir-rikorrent minħabba d-deċiżjoni ċċitata iktar ’il fuq u jagħtih, bħala kumpens, is-somma ta’ EUR 25 000,

jikkundanna lill-BEI għall-ispejjeż.


Top