EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009FA0029

Kawża F-29/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat- 30 ta’ Settembru 2010 — Lebedef u Jones vs Il-Kummissjoni ( Servizz pubbliku — Uffiċjali — Remunerazzjoni — Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal — L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(5) u l-Artikolu 9 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal — Koeffiċjent ta’ korrezzjoni — Trattament ugwali )

ĠU C 328, 4.12.2010, p. 60–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/60


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-30 ta’ Settembru 2010 — Lebedef u Jones vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-29/09) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal - L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(5) u l-Artikolu 9 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal - Koeffiċjent ta’ korrezzjoni - Trattament ugwali)

2010/C 328/97

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Georgio Lebedef (Senningerberg, il-Lussemburgu) u Trevor Jones (Ernzen, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: F. Frabetti u J.-Y. Vergnaud, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea [rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti]

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Zieleśkiewicz u M. Bauer, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta li l-kapaċità tal-akkwist tas-salarji fil-Lussemburgu tinġieb f’livell ekwivalenti għal dak tal-kapaċità tal-akkwist tas-salarji fi Brussell u, sussidjarjament, talba għall-annullament tad-dikjarazzjonijiet tas-salarju tar-rikorrenti maħruġa mill-15 ta’ Ġunju 2008.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

G. Lebedef u T. Jones huma kkundannati għall-ispejjeż, bl-eċċezzjoni ta’ dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-parti intervenjenti, għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 129, 06.06.2009, p. 21.


Top