EUR-Lex Adgang til EU-lovgivningen

Tilbage til forsiden

Dette dokument er et uddrag fra EUR-Lex

Dokument 62005FA0107

Kawża F-107/05: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat- 30 ta’ Settembru 2010 — Toth vs Il-Kummissjoni ( Servizz pubbliku — Membru tal-persunal temporanju — Klassifikazzjoni fil-grad — Gradi stabbiliti fis-sejħa għall-kandidaturi — Emenda tar-regoli ta’ klassifikazzjoni tal-membri tal-persunal temporanju li saret wara l-pubblikazzjoni tas-sejħa għall-kandidaturi — Klassifikazzjoni fil-grad b’applikazzjoni ta’ regoli ġodda inqas favorevoli — Dispożizzjonijiet tranżitorji — Applikazzjoni b’analoġija — Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Proporzjonalità — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba )

ĠU C 328, 4.12.2010, s. 59–60 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/59


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Settembru 2010 — Toth vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-107/05) (1)

(Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Klassifikazzjoni fil-grad - Gradi stabbiliti fis-sejħa għall-kandidaturi - Emenda tar-regoli ta’ klassifikazzjoni tal-membri tal-persunal temporanju li saret wara l-pubblikazzjoni tas-sejħa għall-kandidaturi - Klassifikazzjoni fil-grad b’applikazzjoni ta’ regoli ġodda inqas favorevoli - Dispożizzjonijiet tranżitorji - Applikazzjoni b’analoġija - Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Proporzjonalità - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba)

2010/C 328/95

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Gergely Toth (Besozzo, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment S. Rodrigues u Y. Minatchy, avukati, sussegwentement S. Rodrigues, C. Bernard-Glanz u R. Albelice, avukati, fl-aħħar minn S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u H. Krämer, avukat)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Arpio Santacruz u I. Šulce, aġenti, sussegwentement K. Zieleśkiewicz u M. Bauer, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikklassifika lir-rikorrent fil-grad A*6 matul l-impjieg tiegħu bħala membru tal-persunal temporanju u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tikklassifika lil G. Toth fil-grad A*6, it-tieni skala, li tinsab fl-Artikolu 3 tal-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju ffirmat fis-17 ta’ Jannar 2005, hija annullata.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannati tbati l-ispejjeż tagħha u l-ispejjeż tar-rikorrent.

(4)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, parti intervenjenti, għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 22, 28/01/2006, p. 15. (kawża inizjalment irreġistrata quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej [li saret il-Qorti Ġenerali] bin-numru T-401/05 u ttrasferita quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea b’digriet tal-15.12.2005).


Op