EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005FA0036

Kawża F-36/05: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat- 30 ta’ Settembru 2010 — Gudrun Schulz vs Il-Kummissjoni Ewropea ( Servizz pubbliku — Uffiċjali — Ħatra — Kandidati mniżżla f’lista ta’ riżerva qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda — Regoli tranżitorji ta’ klassifikazzjoni fil-grad matul ir-reklutaġġ — Klassifikazzjoni fl-iskala — Artikolu 32 tar-Regolamenti tal-Persunal — Artikoli 2, 5 u 12 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Diskriminazzjoni minħabba l-età — Remunerazzjoni ugwali għal xogħol ta’ valur ugwali — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Dmir ta’ premura )

ĠU C 328, 4.12.2010, p. 58–58 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/58


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Settembru 2010 — Gudrun Schulz vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża F-36/05) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ħatra - Kandidati mniżżla f’lista ta’ riżerva qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda - Regoli tranżitorji ta’ klassifikazzjoni fil-grad matul ir-reklutaġġ - Klassifikazzjoni fl-iskala - Artikolu 32 tar-Regolamenti tal-Persunal - Artikoli 2, 5 u 12 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Diskriminazzjoni minħabba l-età - Remunerazzjoni ugwali għal xogħol ta’ valur ugwali - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Dmir ta’ premura)

2010/C 328/92

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Gudrun Schulz (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn S. Rodrigues u A. Jaume, avukati, sussegwentement minn S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u H. Krämer, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Arpio Santacruz u I. Šulce, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikklassifika lir-rikorrenti, imniżżla f’lista ta’ riżerva qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda, b’applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet inqas favorevoli minn ta’ dawn (Artikolu 12 tal-Anness XIII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 193, 06/08/2005, p. 36. (kawża inizjalment irreġistrata quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej [li saret il-Qorti Ġenerali] bin-numru T-207/05 u ttrasferita quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea b’digriet tal-15.12.2005).


Top