EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TN0484
Case T-484/10: Action brought on 14 October 2010 — Gas Natural Fenosa SDG v Commission
Kawża T-484/10: Rikors ippreżentat fl- 14 ta’ Ottubru 2010 — Gas Natural Fenosa SDG vs Il-Kummissjoni
Kawża T-484/10: Rikors ippreżentat fl- 14 ta’ Ottubru 2010 — Gas Natural Fenosa SDG vs Il-Kummissjoni
ĠU C 328, 4.12.2010, p. 50–51
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 328/50 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ottubru 2010 — Gas Natural Fenosa SDG vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-484/10)
()
2010/C 328/79
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Gas Natural Fenosa SDG, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: F. González Díaz u F. Salerno, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla, skont l-Artikolu 263 TFUE, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tad-29 ta’ Settembru 2010, u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Id-deċiżjoni ikkontestata f’din il-kawża tawtorizza l-liġi Spanjola intiża li tikkumpensa l-ispejjeż addizzjonali sostnuti mill-produtturi ta’ elettriku li, minħabba obbligu ta’ servizz pubbliku, għandhom jeffettwaw parti mill-produzzjoni tagħhom minn faħam ta’ oriġini nazzjonali.
Gas Natural Fenosa tqis li d-Deċiżjoni tmur kontra d-dritt Komunitarju, u għaldaqstant, titlob li tiġi annullata abbażi tal-motivi segwenti:
(1) |
L-ewwel nett, id-Deċiżjoni tikser l-Artikoli 108(2) TFUE u 4(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (1), sa fejn hemm dubji dwar jekk l-għajnuna inkwistjoni hijiex kompatibbli mas-suq komuni. |
(2) |
It-tieni nett, id-Deċiżjoni tikser diversi dispożizzjonijiet tad-dritt primarju u sekondarju, b’tali mod li l-għajnuna ma tistax tiġi kkunsidrata kompatibbli mas-suq komuni, jiġifieri:
|
(3) |
It-tielet nett, id-Deċiżjoni tikser l-Artikoli 3(2) u 11(4) tat-Tieni Direttiva dwar is-suq tal-eletriku (Direttiva 2003/54/KE) (4), l-Artikolu 106(2) TFUE kif ukoll il-qafas Komunitarju dwar għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għas-servizz pubbliku u l-prinċipju ta’ proporzjonalità peress li ma tipprovdix il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-imsemmija dispożizzjonijiet dwar il-ħolqien ta’ Servizz ta’ Interess Ekonomiku Ġenerali minħabba raġunijiet ta’ sigurtà tal-provvista, u, fi kwalunkwe każ, jeżistu alternattivi inqas onerużi sabiex jintlaħqu l-għanijiet intiżi mill-miżura inkwistjoni. |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339.
(2) Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għat-titjib u l-estensjoni tal-iskema Komunitarja għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra (ĠU L 140, p. 63).
(3) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1407/2002, tat-23 ta’ Lulju 2002, dwar għajnuna mill-Istat lill-industrija tal-faħam (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 170).
(4) Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar id-Direttiva 96/92/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 211).