EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TN0439
Case T-439/10: Action brought on 24 September 2010 — Fulmen v Council
Kawża T-439/10: Rikors ippreżentat fl- 24 ta’ Settembru 2010 — Fulmen vs Il-Kunsill
Kawża T-439/10: Rikors ippreżentat fl- 24 ta’ Settembru 2010 — Fulmen vs Il-Kunsill
ĠU C 328, 4.12.2010, p. 34–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 328/34 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2010 — Fulmen vs Il-Kunsill
(Kawża T-439/10)
()
2010/C 328/58
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Fulmen (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: A. Kronshagen, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla l-paragrafu 11 tat-Taqsima I B tal-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010 dwar l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra l-Iran, kif ukoll id-Deċiżjoni tal-Kunsill, tas-26 ta’ Lulju 2010, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti; |
— |
tikkundanna l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti titlob l-annullament tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010 li jimplementa l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 (1), kif ukoll id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (2), dwar l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra l-Iran bl-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari sa fejn ir-rikorrenti hija inkluża fil-lista ta’ persuni ġuridiċi u naturali, entitajiet u korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom huma ffriżati skont din id-dispożizzjoni.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tgħid li d-Deċiżjoni kkontestata tal-Kunsill għandha tiġi annullata, peress li l-ebda deċiżjoni rilevanti ta’ awtorità kompetenti ma tiġġustifika, fil-mument tal-adozzjoni tagħha, l-inklużjoni tar-rikorrenti fil-lista tal-organizzazzjonijiet marbuta mal-programm nukleari u balistiku tal-Iran.
Ir-rikorrenti tinvoka wkoll ksur tal-garanziji proċedurali peress li d-drittijiet tagħha ta’ difiża u għal smigħ xieraq inkisru, inkwantu:
— |
il-Kunsill ma motivax id-deċiżjoni tiegħu li jinkludi l-isem tar-rikorrent fuq il-lista inkwistjoni b’mod suffiċjenti; |
— |
qabel ma ngħatat id-deċiżjoni tal-Kunsill ma ġewx ikkomunikati l-provi kontra r-rikorrenti; u |
— |
ir-rikorrenti ma tqegħditx f’pożizzjoni li ssostni effettivament il-perspettiva tagħha dwar dawn il-provi. |
(1) Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010, tas-26 ta’ Lulju 2010, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 195, p. 25).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK, ĠU 2010 L 195, p. 39.