EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0230

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 12 ta’ Ottubru 2010 — Asenbaum vs UASI (WIENER WERKSTÄTTE) (Kawżi T-230/08 u T-231/08) ( Trade mark Komunitarja — Applikazzjonijiet għat-trade mark Komunitarja verbali WIENER WERKSTÄTTE — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) )

ĠU C 328, 4.12.2010, p. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ottubru 2010 — Asenbaum vs UASI (WIENER WERKSTÄTTE)

(Kawżi T-230/08 u T-231/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjonijiet għat-trade mark Komunitarja verbali WIENER WERKSTÄTTE - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2010/C 328/47

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Paul Asenbaum (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: P. Vögel u E. Ploil, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Suġġett

Rikorsi ppreżentati kontra żewġ deċiżjonijiet tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ April 2008 (Każijiet R 1573/2006-4 u R 1571/2006-4), dwar żewġ applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali WIENER WERKSTÄTTE bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Il-Kawżi T-230/08 u T-231/08 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

(2)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

(3)

Paul Asenbaum huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 223, 30.08.2008.


Top