EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0471

Kawża C-471/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängiger Verwaltungssenat Salzburg (l-Awstrija) fit- 28 ta’ Settembru 2010 — Martin Wohl u Ildiko Veres vs Magistrat der Stadt Salzburg, parti oħra: Finanzamt Salzburg-Stadt

ĠU C 328, 4.12.2010, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängiger Verwaltungssenat Salzburg (l-Awstrija) fit-28 ta’ Settembru 2010 — Martin Wohl u Ildiko Veres vs Magistrat der Stadt Salzburg, parti oħra: Finanzamt Salzburg-Stadt

(Kawża C-471/10)

()

2010/C 328/35

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Unabhängiger Verwaltungssenat Salzburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Martin Wohl u Ildiko Veres

Konvenut: Magistrat der Stadt Salzburg

Parti oħra: Finanzamt Salzburg-Stadt

Domanda preliminari

L-Anness X tal-lista msemmija fl-Artikolu 24 tal-Att għall-adeżjoni tar-Repubblika tal-Ungerija mal-Unjoni Ewropea (1. Moviment liberu tal-persuni) (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ħaddiema mill-Ungerija lill-Awstrija ma għandux jitqies bħala kollokament ta’ ħaddiema u li r-restrizzjonijiet nazzjonali fuq l-impjieg tal-ħaddiema Ungeriżi/Slovakki fl-Awstrija huma applikabbli wkoll fl-Awstrija għall-ħaddiema Ungeriżi/Slovakki mqiegħda għad-dispożizzjoni minn impriżi Ungeriżi (u impjegati b’mod legali minnhom)?


(1)  ĠU 2003, L 236, p. 846.


Top