EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0467

Kawża C-467/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Gießen (Il-Ġermanja) fit- 28 ta’ Settembru 2010 — Strafverfahren vs Baris Akyüz

ĠU C 328, 4.12.2010, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Gießen (Il-Ġermanja) fit-28 ta’ Settembru 2010 — Strafverfahren vs Baris Akyüz

(Kawża C-467/10)

()

2010/C 328/33

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Gießen

Parti fil-kawża prinċipali

Baris Akyüz

Domandi preliminari

(a)

L-Artikolu 1(2) moqri flimkien mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE, tad-29 ta’ Lulju 1991, dwar il-liċenzji tas-sewqan (1), u

(b)

l-Artikolu 2(1) moqri flimkien mal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar il-Liċenzji tas-Sewqan (2)

għandhom jiġu interpretati fis-sens li,

(1)

jipprekludu li Stat Membru (Stat Membru ospitanti) jirrifjuta li jirrikonoxxi fit-territorju tiegħu liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor (Stat Membru emittenti) meta qabel il-kisba ta’ din il-liċenzja fl-Istat Membru emittenti ġie rrifjutat ħruġ ta’ tali liċenzja fl-Istat Membru ospitanti peress li l-persuna inkwistjoni ma kinitx tissodisfa r-rekwiżiti ta’ kapaċità fiżika u mentali għas-sewqan ta’ vettura b’sigurtà.

(2)

fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv: jipprekludu li Stat Membru (Stat Membru ospitanti) jirrifjuta li jirrikonoxxi fit-territorju tiegħu tiegħu liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor (Stat Membru emittenti) meta qabel il-kisba ta’ din il-liċenzja fl-Istat Membru emittenti ġie rrifjutat ħruġ ta’ tali liċenzja fl-Istat Membru ospitanti peress li l-persuna inkwistjoni ma kinitx tissodisfa r-rekwiżiti ta’ kapaċità fiżika u mentali għas-sewqan ta’ vettura b’sigurtà abbażi tal-informazzjoni fil-liċenzja tas-sewqan infisha, jew ta’ informazzjoni oħra indiskutabbli provenjenti mill-Istat Membru emittenti, jew informazzjoni oħra indiskutabbli, b’mod partikolari, informazzjoni pprovduta mill-proprjetarju tal-liċenzja tas-sewqan innifsu jew informazzjoni oħra mogħtija mill-Istat Membru ospitanti, fil-każ li jiġi stabbilit li hemm ksur tar-residenza skont l-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 91/439/KEE jew l-Artikolu 7(1)(e) tad-Direttiva 2006/126/KE

jekk din l-informazzjoni oħra indiskutabbli, b’mod partikolari, informazzjoni pprovduta mill-proprjetarju tal-liċenzja tas-sewqan innifsu jew informazzjoni oħra mogħtija mill-Istat Membru ospitanti ma tkunx biżżejjed: l-informazzjoni tkun tirriżulta wkoll mill-Istat Membru emittenti fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jekk tkun ġiet trażmessa minn dan l-Istat Mmebru, mhux direttament iżda indirettament, f’forma ta’ notifika, ibbażata fuq informazzjoni minn terzi, b’mod partikolari, l-ambaxxata tal-Istat Membru ospitanti fl-Istat Membru emittenti.

(3)

jipprekludu li Stat Membru (Stat Membru ospitanti) jirrifjuta li jirrikonoxxi fit-territorju tiegħu liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor (Stat Membru emittenti) meta r-rekwiżiti formali għall-kisba ta’ liċenzja tas-sewqan ġew sodisfatti fl-Istat Membru emittenti, iżda jiġi stabbilit li r-residenza inkwistjoni hija sempliċement intiża għall-kisba tal-imsemmija liċenjza u mhux għal għan ieħor protett mid-dritt tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari, l-libertajiet fundamentali tat-TFUE u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jew li huma inklużi fil-Konvenzjoni Ewropea tal-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (turiżmu tal-liċenzja tas-sewqan)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 317.

(2)  ĠU L 403, p. 18.


Top