EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0460

Kawża C-460/10 P: Appell ippreżentat fil- 21 ta’ Settembru 2010 minn Luigi Marcuccio mis-sentenza mogħtija fis- 6 ta’ Lulju 2010 mil-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) fil-Kawża T-401/10, Luigi Marcuccio vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 328, 4.12.2010, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/16


Appell ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2010 minn Luigi Marcuccio mis-sentenza mogħtija fis-6 ta’ Lulju 2010 mil-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) fil-Kawża T-401/10, Luigi Marcuccio vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-460/10 P)

()

2010/C 328/31

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (rappreżentant: Giuseppe Cipressa)

Appellata: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tal-appellant

L-appellant jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-digriet tas-6 ta’ Lulju 2010, fl-intier tiegħu u mingħajr ebda eċċezzjoni, mogħti fil-Kawża T-401/09, Marcuccio vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, mis-Sitt Awla tal-Qorti Ġenerali;

tiddikjara li r-rikors tal-ewwel istanza, li wassal għad-digriet appellat, kien ammissibbli fl-intier tiegħu u mingħajr ebda eċċezzjoni;

u barra minn hekk,

prinċipalment, tilqa’ fl-intier tagħhom u mingħajr ebda eċċezzjoni, it-talbiet tar-rikors tal-ewwel istanza u tikkundanna lil konvenuta fl-ewwel istanza tirrimborsa lir-rikorrent l-ispejjeż u l-onorarji kollha sostnuti minn dan tal-aħħar u dawk li jikkonċernaw il-kawża inkwistjoni fl-istanzi kollha tagħha;

jew, sussidjarjament, tibgħat il-kawża, li wasslet għal dan l-appell, lura quddiem il-qorti tal-prim istanza, komposta b’mod differenti, sabiex tiddeċiedi mill-ġdid fuq il-mertu tagħha.

Aggravji u argumenti prinċipali

Id-digriet appellat huwa illegali, b’mod partikolari, għar-raġunijiet li ġejjin a) interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati, foloz u irraġonevoli tal-prinċipji ta’ dritt li jirrigwardaw ir-responsabbiltà akwiljana, kif ukoll natura mingħajr motivazzjoni u illoġika tan-nuqqas ta’ osservanza tal-ġurisprudenza tal-Unjoni Ewropea f’dan ir-rigward; b) nuqqas assolut ta’ motivazzjoni, żball manifest ta’ evalwazzjoni, abbuż u żnaturament tal-fatti, eżami falz, inkomplet u żbaljat tal-provi prodotti mill-appellant, ksur tal-obbligu ta’ clare loqui, inkoerenza, natura indisputabbli, arbitrarja, illoġika, irrazzjonali u irraġonevoli; c) nuqqas mill-Qorti Ġenerali li tiddeċiedi dwar l-aspetti fundamentali tal-kawża u nuqqas assolut ta’ miżuri istruttorji; d) ħelsien mill-obbligu għall-qorti li tibbaża d-dikjarazzjonijiet tagħha, inkluż l-evalwazzjoni tal-provi, fuq l-esperjenza u s-sens komun, e) interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati, foloz u irraġonevoli tal-prinċipji ta’ dritt fuq l-għamla u l-oneru tal-provi quddiem il-qorti.


Top