EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0455

Kawża C-455/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiż l-Baxxi) fis- 17 ta’ Settembru 2010 — G.A.P. Peeters-van Maasdijk vs Raad van Bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen

ĠU C 328, 4.12.2010, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiż l-Baxxi) fis-17 ta’ Settembru 2010 — G.A.P. Peeters-van Maasdijk vs Raad van Bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen

(Kawża C-455/10)

()

2010/C 328/29

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: G.A.P. Peeters-van Maasdijk

Konvenut: Raad van Bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 71(1)(b) tar-Regolament Nru 1408/71 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li dan l-artikolu japplika wkoll għal ħaddiema li, wara l-aħħar impjieg tagħha, iżda waqt li hija tirċievi benefiċċju marbut ma’ inkapaċità għax-xogħol tittrasferixxi r-residenza tagħha fir-reġjun transkonfinali fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru kompetenti?

(2)

L-Artikoli 45 u 21 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li hija kompatibbli ma’ dawn l-artikoli dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 19(1)(f) tal-Liġi dwar il-qgħad, li tissuġġetta l-irkupru tad-dritt għall-benefiċċju tal-qgħad għall-kundizzjoni tar-residenza tal-persuna kkonċernata fit-territorju tal-Pajjiżi l-Baxxi, anki meta dik il-persuna kkonċernata tirrisjedi qrib il-fruntiera Olandiża u hija ffokata dejjem fuq is-suq tax-xogħol Olandiż?


(1)  Regolament (KEE) Nru 1408/71 tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35).


Top