EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0438

Kawża C-438/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bacău (Ir-Rumanija) fit- 13 ta’ Settembru 2010 — Lilia Druțu vs Direcția Generală a Finanțelor Publice Bacău, Administrația Finanțelor Publice Bacău

ĠU C 328, 4.12.2010, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bacău (Ir-Rumanija) fit-13 ta’ Settembru 2010 — Lilia Druțu vs Direcția Generală a Finanțelor Publice Bacău, Administrația Finanțelor Publice Bacău

(Kawża C-438/10)

()

2010/C 328/23

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Bacău

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lilia Druțu

Konvenut: Direcția Generală a Finanțelor Publice Bacău, Administrația Finanțelor Publice Bacău

Domandi preliminari

(1)

[…] L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 110 TFUE (ex Atrikolu 90 KE) jipprekludi l-istabbiliment ta’ taxxa nazzjonali li tikkostitwixxi kundizzjoni għall-ewwel reġistrazzjoni fir-Rumanija ta’ vetturi li huma diġà rreġistrati fi Stat Membru ieħor tal-UE, sa fejn il-vetturi li huma diġà rreġistrati fir-Rumanija jistgħu jkunu suġġetti ta’ tranżazzjonijiet mingħajr ma tinġabar tali taxxa?

(2)

Sa fejn it-tieni paragrafu tal-Artikolu 110 TFUE huwa intiż sabiex jelimina l-elementi ta’ natura li jipproteġu s-suq nazzjonali u li jippreġudikaw il-prinċipji ta’ kompetizzjoni li jirregolaw is-suq Komunitarju, l-istabbiliment ta’ eżenzjonijiet għall-obbligu ta’ ħlas ta’ taxxa fuq it-tniġġis, li jibbenefikaw minnha wkoll il-vetturi mmanifatturati lokalment, jikkostitwixxi miżura ta’ protezzjoni tas-settur nazzjonali ta’ prodozzjoni ta’ vetturi bil-mutur?


Top