EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0049

Kawża C-49/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas- 7 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja ( Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Direttiva 2008/1/KE — Prevenzjoni u kontroll integrati tat-tniġġis — Rekwiżiti għall-għoti ta’ permessi għal installazzjonijiet eżistenti — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst )

ĠU C 328, 4.12.2010, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

(Kawża C-49/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 2008/1/KE - Prevenzjoni u kontroll integrati tat-tniġġis - Rekwiżiti għall-għoti ta’ permessi għal installazzjonijiet eżistenti - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

2010/C 328/13

Lingwa tal-kawża: l-Isloven

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: A. Alcover San Pedro, aġent)

Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentant: N. Pintar Gosenca, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (ĠU L 24, p. 8) — Rekwiżiti għall-għoti ta’ permessi għal installazzjonijiet eżistenti — Obbligu li jkun żgurat li tali installazzjonijiet joperaw skont ir-rekwiżiti tad-direttiva

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji kollha fil-qasam ta’ permessi għal installazzjonijiet industrijali, skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż, ir-Repubblika tas-Slovenja naqqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

(2)

Ir-Repubblika tas-Slovenja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 80, 27.03.2010


Top