EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0224

Kawża C-224/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas- 7 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunale di Bolzano — l-Italja) — proċeduri kriminali vs Martha Nussbaumer (Talba għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 92/57/KEE — Ħtiġiet minimi ta' sigurtà u saħħa li għandhom jiġu implementati f’postijiet ta’ kostruzzjoni temporanji jew mobbli — Artikolu 3 — Obbligi li jinħatar koordinatur fil-qasam ta’ sigurtà u ta’ saħħa kif ukoll li jiġi stabbilit proġett ta’ sigurtà u ta’ saħħa)

ĠU C 328, 4.12.2010, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunale di Bolzano — l-Italja) — proċeduri kriminali vs Martha Nussbaumer

(Kawża C-224/09) (1)

(Talba għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 92/57/KEE - Ħtiġiet minimi ta' sigurtà u saħħa li għandhom jiġu implementati f’postijiet ta’ kostruzzjoni temporanji jew mobbli - Artikolu 3 - Obbligi li jinħatar koordinatur fil-qasam ta’ sigurtà u ta’ saħħa kif ukoll li jiġi stabbilit proġett ta’ sigurtà u ta’ saħħa)

2010/C 328/11

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Bolzano

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Martha Nussbaumer.

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale di Bolzano — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/57/KEE, tal-24 ta’ Ġunju 1992, dwar il-ħtiġiet minimi ta’ sigurtà u saħħa li għandhom jiġu implimentati f’postijiet ta’ kostruzzjoni temporanji jew mobbli (it-tmien Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5 Vol. 2, p. 71) — Xogħlijiet privati mhux suġġetti għall-permess tal-bini — Deroga mill-obbligu li jiġi maħtur koordinatur għal kwistjonijiet tas-sigurtà u tas-saħħa fl-istadju tal-preparazzjoni tal-proġett jew matul it-twettiq tiegħu

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/57/KEE tal-24 ta’ Ġunju 1992 dwar il-ħtiġiet minimi ta’ sigurtà u saħħa li għandhom jiġu implimentati f’postijiet ta’ kostruzzjoni temporanji jew mobbli (it-tmien Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE), għandu jiġi interpretat b’dan il-mod:

l-Artikolu 3(1) jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti deroga, għal post ta’ kostruzzjoni li fih ser iseħħu xogħlijiet privati li ma jeħtiġux permess ta’ bini u li ser ikunu preżenti fih diversi kuntratturi, mill-obbligu tal-klijent jew ta’ dak responsabbbli mix-xogħlijiet li jinnomina koordinatur ta’ sigurtà u ta’ saħħa waqt l-istadju tal-preparazzjoni tal-proġett, jew, f’kull każ, qabel l-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet;

l-Artikolu 3(2) jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita l-obbligu tal-koordinatur responsabbli mill-istadju tar-realizzazzjoni tax-xogħol li jistabbilixxi pjan ta’ sigurtà u ta’ saħħa għal meta diversi kuntratturi huma mqabbda f’post ta’ kostruzzjoni li fih ser iseħħu xogħlijiet privati li ma jeħtiġux permess ta’ bini u li ma tiħux bħala kriterju ta’ dan l obbligu r-riskji partikolari bħal dawk imsemmija fl-Anness II tal-imsemmija direttiva.


(1)  ĠU C 205, 29.08.2009


Top