EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31986L0362

Id-Direttiva tal-Kunsill ta' l-24 ta' Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi tal-fdalijiet tal-pestiċidi ġewwa u fuq iċ-ċereali

ĠU L 221, 7.8.1986, p. 37–42 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2008; Imħassar b' 32005R0396

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1986/362/oj

31986L0362



Official Journal L 221 , 07/08/1986 P. 0037 - 0042
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 21 P. 0220
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 21 P. 0220


Id-Direttiva tal-Kunsill

ta' l-24 ta' Lulju 1986

dwar l-iffissar tal-livelli massimi tal-fdalijiet tal-pestiċidi ġewwa u fuq iċ-ċereali

(86/362/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 43 u 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-produzzjoni ta' l-uċuh tar-raba' għandha rwol importanti ħafna fil-Komunità;

Billi l-ħsada minn din il-produzzjoni hija kontinwament milquta minn organiżmi ta' ħsara u mill-ħaxix ħażin;

Billi huwa assolutament essenzjali illi l-pjanti u l-prodotti mill-pjanti jiġu protetti kontra dawn l-organiżmi, mhux biss biex jiġu evitati t-tnaqqis fil-ħsad jew il-ħsara lill-prodotti maħsuda iżda wkoll sabiex tiżdied il-produttività agrikola;

Billi wieħed mill-metodi l-iktar importanti tal-protezzjoni tal-pjanti u tal-prodotti mill-pjanti mill-effett ta' dawn l-organiżmi ta' ħsara huwa l-użu tal-pestiċidi kimiċi;

Billi, madankollu, dawn il-pestiċidi ma għandhomx effett favorevoli fuq il-produzzjoni tal-pjanti, billi huma ġeneralment sustanzi tossiċi jew tħejjijiet b'effetti sekondarji perikolużi;

Billi numru kbir minn dawn il-pestiċidi u l-metaboliti tagħhom jew ta' prodotti li jirriżultaw mill-bdil ta' l-istrutturi kimiċi tagħhom jista' jkollhom effetti ta' ħsara fuq il-konsumaturi tal-prodotti mill-pjanti;

Billi dawn il-pestiċidi u l-kontaminanti li jistgħu jakkumpanjawhom jippreżentaw perikli għall-ambjent;

Billi, sabiex jieħdu ħsieb dawn il-perikli, uħud mill-Istati Membri diġà ffissaw il-livelli massimi għal ċerti fdalijiet ġewwa u fuq iċ-ċereali;

Billi d-differenzi li jeżistu bejn l-Istati Membri rigward il-livelli massimi permissibbli għall-fdalijiet tal-pestiċidi jistgħu jgħinu għalbiex joħolqu ostakoli lill-kummerċ u għalhekk ifixklu l-moviment liberu ta' l-oġġetti ġewwa l-Komunità;

Billi, għal din ir-raġuni, fi stadju tal-bidu, għandhom jiġu ffissati l-livelli massimi għal ċerti sustanzi attivi fiċ-ċereali, li jridu jiġu osservati meta dawn il-prodotti jinħarġu fiċ-ċirkolazzjoni;

Billi, barra minn dan, l-osservanza tal-livelli massimi trid tiżgura illi ċ-ċereali jistgħu jiċċirkolaw b'mod liberu u li s-saħħa tal-konsumaturi tkun protetta kif xieraq;

Billi fl-istess waqt l-Istati Membri għandhom jingħataw il-poter li jawtorizzaw il-kontroll tal-livelli tal-fdaljiet tal-pestiċidi fiċ-ċereali prodotti u kkunsmati fit-territorju tagħhom b'sistema ta' sorveljanza u miżuri relatati sabiex jiġu pprovduti salvagwardji li huma ekwivalenti għal dawk li jirriżultaw mil-livelli stabbiliti;

Billi, f'każijiet speċjali, b'mod partikolari ta' likwidu volatili jew fumiganti tal-gass, l-Istati Membri għandhom jiġu awtorizzati li jħallu liċ-ċereali, mhux maħsuba għall-konsum minnufih, ikollhom livelli massimi iktar għolja minn dawk stabbiliti, sakemm isir kontroll xieraq għalbiex jiġi żgurat illi dawn il-prodotti ma jitqiegħdux għad-disposizzjoni ta' l-utent jew tal-konsumatur ta' l-aħħar sakemm il-kontenut tal-fdalijiet tagħhom jibqa' jaqbeż il-livelli massimi permissibbli;

Billi mhux meħtieġ illi din id-Direttiva tiġi applikata għal prodotti maħsuba għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, għall-fabbrikazzjoni ta' prodotti oħra għajr l-oġġetti ta' l-ikel jew għaż-żrigħ;

Billi l-Istati Membri għandhom jitħallew inaqqsu b'mod temporanju l-livelli stabbiliti jekk dawn jinstabu b'mod mhux mistenni illi huma perikolużi għas-saħħa tal-bniedem jew ta' l-annimali;

Billi huwa xieraq li f'dan il-każ tiġi stabbilita koperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni ġewwa l-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti;

Billi, sabiex tiġi ggarantita l-konformità ma' din id-Direttiva meta l-prodotti fil-kwistjoni jinħarġu fiċ-ċirkolazzjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu miżuri xierqa ta' kontroll;

Billi għandhom jiġu stabbiliti metodi Komunitarji għat-teħid tal-kampjuni u għall-analiżi sabiex jiġu użati għall-inqas bħala metodi ta' referenza;

Billi l-metodi tat-teħid tal-kampjuni u ta' l-analiżi huma materji tekniċi u xjentifiċi, li għandhom jiġu stabbiliti permezz ta' proċedura li tinvolvi l-koperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni ġewwa l-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti;

Billi huwa xieraq illi l-Istati Membri jagħmlu rapport annwali lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati tal-miżuri tagħhom tal-kontroll sabiex jgħinu li jinġabar it-tagħrif dwar il-livelli tal-fdalijiet mill-pestiċidi għall-Komunità ġenerali;

Billi l-Kunsill għandu jirrevedi din id-Direttiva qabel it-30 ta' Ġunju 1991 bl-iskop li jikseb sistema uniformi Komunitarja,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva għandha tapplika, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 74/63/KEE tas-17 ta' Diċembru 1973 dwar l-iffissar tal-livelli massimi permessi għal sustanzi u prodotti mhux mixtieqa fl-għalf tal-bhejjem [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 86/354/KEE [5] għaċ-ċereali elenkati fl-Anness I, safejn u sakemm dawn il-prodotti jista' jkollhom fihom fdaljiet tal-pestiċidi elenkati fl-Anness II.

Artikolu 2

1. Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, 'fdaljiet tal-pesticidi' ifissru l-fdaljiet tal-pestiċidi u tal-metaboliti tagħhom, u l-prodotti li jirriżultaw mill-użu tal-bdil kliniku tagħhom jew il-prodotti ta' reazzjoni elenkati fl-Anness II, li jkunu preżenti ġewwa jew fuq il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1.

2. Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, 'jinħarġu fiċ-ċirkolazzjoni' tfisser kull kunsinja, sewwa jekk bi ħlas u sewwa jekk le, tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-prodotti msemmija fl-Artikolu 1, ma jippreżentawx periklu għas-saħħa tal-bniedem minn meta jinħarġu fiċ-ċirkolazzjoni, bħala riżultat tal-preżenza ta' fdaljiet tal-pestiċidi.

2. L-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu jew ifixklu l-ħruġ fiċ-ċirkolazzjoni fit-territorji tagħhom tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 minħabba li jkun għad fihom fdaljiet tal-pestiċidi, jekk il-kwantità ta' dawn il-fdaljiet ma tkunx iżjed mil-livelli massimi stabbiliti fl-Anness II.

Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu illi l-prodotti msemmija fl-Artikolu 1, ma jistax ikun fihom, minn meta jinħarġu fiċ-ċirkolazzjoni, livelli tal-fdaljiet tal-pestiċidi ikbar minn dawk stabbiliti fl-Anness II.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw, għall-inqas b'kampjunar tal-kontroll, il-konformità mal-livelli massimi stabbiliti skond il-paragrafu 1.

Artikolu 5

1. Fil-każ tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1, għajr dawk importati minn pajjiżi terzi jew maħsuba għal Stati Membri oħra, l-Istati Membri jistgħu, bħala deroga mill-Artikolu 4, jissoktaw japplikaw is-sistema ta' monitorjar diġà fis-seħħ fit-territorju tagħhom għall-preżenza tal-fdaljiet tal-pestiċidi flimkien ma' kull miżura oħra sabiex jiġi żgurat illi jinkiseb effett ekwivalenti għal-livelli tal-fdaljiet tal-pestiċidi stabbiliti fl-Anness II, u għalbiex tiġi stmata l-espożizzjoni totali ta' dawn il-fdaljiet fl-ikel mill-popolazzjoni tagħhom, ikun x'ikun is-sors tagħhom. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu stħarriġ regolari u rappreżentattiv tal-livelli ta' dawn il-fdaljiet tal-pestiċidi f'ikel tipiku.

2. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b'kull implimentazzjoni tal-paragrafu 1.

Artikolu 6

L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-preżenza ġewwa u fuq il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 dwar il-fdaljiet tal-pestiċidi elenkati fil-Parti B ta' l-Anness II fi kwantitajiet ikbar minn dawk stabbiliti fih, sakemm dawn il-prodotti ma jkunux maħsuba għal konsum minnufih u sakemm sistema xierqa ta' kontroll tiżgura illi ma jkunux jistgħu jkunu disponibbli għall-utent jew għall-konsumatur ta' l-aħħar, jekk ikunu forniti direttament lil dawn ta' l-aħħar, sakemm il-fdaljiet ma jibqgħux jaqbżu l-livelli massimi stabbiliti fil-Parti B. Għandhom jgħarrfu lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda. Dawn il-miżuri għandhom japplikaw għall-prodotti kollha koperti b'dan, irrispettivament mill-oriġini tal-prodotti.

Artikolu 7

L-Istati Membri għandhom jagħmlu rapport lill-Kummissjoni qabel l-1 ta' Awissu ta' kull sena dwar ir-riżultati tal-kontrolli uffiċjali, il-monitorjar imwettaq u l-miżuri l-oħra meħuda skond l-Artikolu 4 u, meta approprjat, l-Artikolu 5, matul is-sena ta' qabel.

Artikolu 8

1. Il-metodi tat-teħid tal-kampjuni u ta' l-analiżi meħtieġa għat-twettiq tal-kontrolli, tal-monitorjar u tal-miżuri l-oħra pprovduti fl-Artikolu 4 u, fejn xieraq, l-Artikolu 5, għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12. L-eżistenza ta' metodi Komunitarji ta' analiżi, li jridu jiġu użati f'każijiet ta' kontroversja, ma għandhomx jippermettu l-użu mill-Istati Membri ta' metodi oħra xjentifikament validi li jistgħu jiksbu riżultati komparabbli.

2. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bil-metodi l-oħra użati skond il-paragrafu 1.

Artikolu 9

1. Meta Stat Membru jikkonsidra illi livell massimu stabbilit fl-Anness II iqiegħed fil-periklu s-saħħa tal-bniedem, u għalhekk jeħtieġ li tittieħed azzjoni minnufih, dan l-Istat Membru jista' jnaqqas b'mod temporanju l-livell fit-territorju tiegħu stess. F'dan il-każ, għandu javża minnufih lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bil-miżuri, filwaqt li jehmeż dikjarazzjoni tar-raġunijiet għalihom.

2. Jekk tinqala' s-sitwazzjoni prevista fil-paragrafu 1, għandha tiġi deċiża skond il-proċedura stabbilita fil-Artikolu 13 jekk għandhomx jiġu mibdula l-livelli massimi stabbiliti fl-Anness II. Sakemm tittieħed deċiżjoni mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija hawn fuq, l-Istat Membru jista' jibqa' jżomm il-miżuri li jkun implimenta.

Artikolu 10

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9, għandhom jiġu adottati emendi għall-livelli massimi stabbiliti fl-Anness II bħala riżultat ta' l-żviluppi fl-għerf xjentifiku jew tekniku mill-Kunsill filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni.

Artikolu 11

Il-Kunsill, huwa u jaġixxi bl-unanimità fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta, permezz ta' Direttivi, kull lista ġdida ta' prodotti jew kull lista ġdida ta' fdaljiet tal-pestiċidi ġewwa u fuq il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1, u l-valuri massimi tagħhom.

Artikolu 12

1. Meta l-proċedura stabbilita f'dan l-Artikolu trid tiġi segwita, il-materja għandha tintbagħat mingħajr dewmien quddiem il-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti, minn issa 'l quddiem imsejjaħ 'il-Kumitat', mill-President tiegħu, jew fuq l-inizjattiva tiegħu nnifsu jew fuq it-talba ta' Stat Membru.

2. Fil-Kumitat, il-voti ta' l-Istati Membri għandhom jiġu ppeżati kif ipprovdut fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat. Il-President m' għandux jivvota.

3. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jippreżenta abbozz tal-miżuri li jridu jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar dawn il-miżuri fil-limitu taż-żmien iffissat mill-President, wara li jikkonsidra l-urġenza tal-materji li jridu jiġu eżaminati. L-opinjonijiet għandhom jingħataw b'maġġoranza ta' 54 vot.

4. Meta l-miżuri jkunu skond l-opinjoni tal-Kumitat, il-Kummissjoni għandha tadottahom u għandha timplimentahom minnufih. Meta l-miżuri ma jkunux skond l-opinjoni tal-Kumitat jew jekk ma tingħata l-ebda opnjoni, il-Kummissjoni għandha minnufih tissottometti lill-Kunsill proposta dwar il-miżuri li jridu jittieħdu. Il-Kunsill għandu jadotta l-miżuri b'maġġoranza kkwalifikata.

Jekk, fi żmien tliet xhur wara d-data li fiha l-materja kienet imsemmija lilu, il-Kunsill ma jadotta l-ebda miżura, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri proposti barra meta l-Kunsill ikun ivvota b'maġġoranza sempliċi kontra l-miżuri msemmija.

Artikolu 13

1. Meta l-proċedura stabbilita f'dan l-Artikolu trid tiġi segwita, il-materja għandha tiġi msemmija mingħajr dewmien lill-Kumitat mill-President tiegħu, jew fuq l-inizjattiva tiegħu nnifsu jew fuq it-talba ta' Stat Membru.

2. Fil-Kumitat, il-voti ta' l-Istati Membri għandhom jiġu ppeżati kif ipprovdut fl-Artikolu 148 (2) tat-Trattat. Il-resident ma għandux jivvota.

3. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jippreżenta abbozz tal-miżuri li jridu jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar dawn il-miżuri fi żmien jumejn. L-opinjonijiet għandhom jingħataw b'maġġoranza ta' 54 vot.

4. Meta l-miżuri jkunu skond l-opinjoni tal-Kumitat, il-Kummissjoni għandha tadottahom u għandha timplimentahom minnufih. Meta ma jkunux skond l-opinjoni tal-Kumitat jew jekk ma tingħata l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni għandha minnufih tissottometti lill-Kunsill proposta dwar il-miżuri li jridu jittieħdu. Il-Kunsill għandu jadotta l-miżuri b'maġġoranza kkwalifikata.

Jekk, fi żmien ħmistax-il jum mid-data li fiha l-materja tkun ġiet imsemmija lilu, il-Kunsill ma jadotta l-ebda miżura, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri proposti għajr meta l-Kunsill jivvota b'maġġoranza sempliċi kontra l-miżuri msemmija.

Artikolu 14

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 meta jista' jiġi stabbilit għall-inqas b'evidenza xierqa illi huma maħsuba għal:

(a) l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi;

(b) għall-fabbrikazzjoni ta' prodotti oħra barra oġġetti ta' l-ikel;

(ċ) għaż-żrigħ.

Artikolu 15

Sabiex itejjeb is-sistema Komunitarja mdaħħla b'din id-Direttiva, il-Kunsill, fuq il-bażi ta' rapport tal-Kummissjoni akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposti addattati, għandu jerġa' jeżamina din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 1991.

Artikolu 16

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 1988 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni bihom.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.

Artikolu 17

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-22 ta' Lulju1986.

Għall-Kunsill

Il-President

A. Clark

[1] ĠU C 56, tas-6.3.1980, p. 14.

[2] ĠU C 28, tad-9.2.1981, p. 64.

[3] ĠU C 300, tat-18.11.1980, p. 29.

[4] ĠU L 38, tal-11.2.1974, p. 31.

[5] ĠU L 212, tat-2.8.1986, p. 27.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Intestatura CCT Nru | Deskrizzjoni |

ex 10.01 | Qamħ |

10.02 | Segala |

10.03 | Xgħir |

10.04 | Ħafur |

ex 10.05 | Qamħirrum |

ex 10.06 | Ross fil-ħliefa |

ex 10.07 | Qamħ Saraċin, dekkuk, qamħ, sorgu, tritikale u ċereali oħra |

--------------------------------------------------

ANNESS II

PARTI A

Fdaljiet tal-pestiċidi | Livelli massimi f'mg/kg (ppm) |

| |

1.aldrin | Ħ waħdu jew imħallat, espress bħala dieldrin(HEOD |

2.dieldrin (HEOD) | 0,01 |

3.Bromur totali inoganiku, espress f'ioni Br | 50 |

4.karabil | 1: Ross0,5: ċereali oħra |

5.klordane (is-somma taċ-ċis-isomeri u trans-isomeri) | 0,02 |

6.DDT DDT TDB DDE DDT | 0,05 |

7.diazinon | 0,05 |

8.1,2-dibrometanu (dibromide tal-etilene) | 0,01 |

9.diklorvos | 2 |

10.endosulfan (is-somma ta' alfa-isomeri u beta-isomeri u tas-sulfat endosulfan, espress bħala endosulfan) | 0,2: qamħirrum0,1: ċereali oħra |

11.endrin | 0,01 |

12.ettaklor (is-somma ta' l-ettaklor u l-epossidu ta' l-ettaklor, espress bħala ettaklor) | 0,01 |

13.essaklorobenżin (EKB) | 0,01 |

14.eżaklorokloeżanan ()

14.1.1isomeru-alfa Ħ | Ħ somma | 0,02 |

14.2.isomeru-beta Ħ |

14.3.isomeru-gamma (lindane) | 0,1 |

15.malatjon (somma ta' malatjon u malaosson, espress bħala malatjon) | 8 |

16.fosfamidon | 0,05 |

17.piretrini (somma ta' piretrini I u II, ċinerini I u II, ġasmolini I u II) | 3 |

18.trikolorfon | 0,1 |

Fdaljiet tal-pestiċidi | Livelli massimi f'mg/kg (ppm) |

1. bromometanu (bromur tal-metil) | 0,1 |

2. disulfid tal-karbonju | 0,1 |

3. tetraklorur tal-karbonu | 0,1 |

4. ċjanur ta' l-idroġenu, ċjanuri espressi bħala ċjanur ta' l-ifroġenu | 15 |

5. fosfid ta' l-idroġenu, fosfidi espressi bħala fosfid ta' l-idroġenu | 0,1 |

--------------------------------------------------

Top