EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0881

Kawża C-881/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský soud v Brně (ir-Repubblika Ċeka) fl-4 ta’ Diċembru 2019 – Tesco Stores ČR a.s. vs Ministerstvo zemědělství

ĠU C 68, 2.3.2020, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/33


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský soud v Brně (ir-Repubblika Ċeka) fl-4 ta’ Diċembru 2019 – Tesco Stores ČR a.s. vs Ministerstvo zemědělství

(Kawża C-881/19)

(2020/C 68/36)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Krajský soud v Brně

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tesco Stores ČR a.s.

Konvenut: Ministerstvo zemědělství

Domanda preliminari

Ir-regola li tinsab fil-punt 2(a) tal-Parti E tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li, fir-rigward ta’ prodott tal-ikel, iddestinat għall-konsumatur finali fir-Repubblika Ċeka, ingredjent kompost inkluż fil-punt 2(ċ) tal-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2000/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ġunju 2000 rigward il-prodotti mill-kawkaw u miċ-ċikkulata maħsuba għall-konsum mill-bniedem (2), kif emendata sussegwentement, jista’ jiġi inkluż biss fil-lista ta’ ingredjenti tal-prodott mingħajr indikazzjoni ddettaljata tal-kompożizzjoni tiegħu meta dan l-ingredjent kompost jitniżżel fl-ittikkettjar eżattament kif previst fil-verżjoni lingwistika Ċeka tal-Anness I tad-Direttiva 2000/36/KE?


(1)  ĠU 2011, L 304, p. 18, rettifiki fil-ĠU 2016, L 266, p. 7, fil-ĠU 2014, L 331, p. 40

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 25, p. 431


Top