EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CA0256
Case C-256/09: Judgment of the Court (Second Chamber) of 15 July 2010 (reference for a preliminary ruling from the Bundesgerichtshof (Germany)) — Bianca Purrucker v Guillermo Vallés Pérez (Judicial cooperation in civil matters — Jurisdiction, recognition and enforcement of decisions in matrimonial matters and in the matters of parental responsibility — Regulation (EC) No 2201/2003 — Provisional, including protective, measures — Recognition and enforcement)
Kawża C-256/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 15 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichts — Il-Ġermanja) — Bianca Purrucker vs Guillermo Vallés Pérez (Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri — Regolament Nru 2201/2003 — Miżuri provviżorji u kawtelatorji — Rikonoxximent u infurzar)
Kawża C-256/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 15 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichts — Il-Ġermanja) — Bianca Purrucker vs Guillermo Vallés Pérez (Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri — Regolament Nru 2201/2003 — Miżuri provviżorji u kawtelatorji — Rikonoxximent u infurzar)
ĠU C 246, 11.9.2010, p. 10–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
11.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 246/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichts — Il-Ġermanja) — Bianca Purrucker vs Guillermo Vallés Pérez
(Kawża C-256/09) (1)
(Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri - Regolament Nru 2201/2003 - Miżuri provviżorji u kawtelatorji - Rikonoxximent u infurzar)
2010/C 246/16
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichts
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bianca Purrucker
Konvenut: Guillermo Vallés Pérez
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 06, p. 243) — Applikazzjoni tar-regoli dwar ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ dan ir-regolament għal miżura provviżorja li tagħti l-kustodja ta’ minuri lil missieru u li tordna li l-minuri, miżmum minn ommu fi Stat Membru ieħor, jingħata lura lill-missier.
Dispożittiv
Id dispożizzjonijiet tal-Artikoli 21 et seq tar Regolament Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, ma japplikawx għal miżuri provviżorji, fil-qasam tad-dritt tal-kustodja, li jaqgħu taħt l-Artikolu 20 tal-imsemmi regolament.