EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0088

Kawża C-88/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Judecătoria Zărnești (ir-Rumanija) fis-7 ta’ Frar 2019 — Asociația “Alianța pentru combaterea abuzurilor” vs TM, UN, Asociația DMPA

ĠU C 172, 20.5.2019, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Judecătoria Zărnești (ir-Rumanija) fis-7 ta’ Frar 2019 — Asociația “Alianța pentru combaterea abuzurilor” vs TM, UN, Asociația DMPA

(Kawża C-88/19)

(2019/C 172/09)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Judecătoria Zărnești

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Asociația “Alianța pentru combaterea abuzurilor”

Konvenuti: TM, UN, Asociația DMPA

Domanda preliminari

L-Artikolu 16 tad-Direttiva 92/43/KEE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jimponi fuq l-Istati Membri l-obbligu li jistabbilixxu derogi mid-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 12, 13, 14 u tal-Artikolu 15(a) u (b), anki meta l-annimali li jagħmlu parti mill-ispeċi mhedda jitilqu mill-habitat naturali tagħhom u jkunu jinsabu jew viċin ħafna tiegħu jew kompletament ’il barra minnu?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102).


Top