EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0461

Kawża C-461/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fit- 22 ta’ Awwissu 2013 — Bund für Umwelt und Naturschutz Deutschland e.V vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

ĠU C 352, 30.11.2013, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Awwissu 2013 — Bund für Umwelt und Naturschutz Deutschland e.V vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-461/13)

2013/C 352/03

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bund für Umwelt und Naturschutz Deutschland e.V.

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Intervenjenti: Freie Hansestadt Bremen

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 4(1)(a)(i) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (1), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 (2) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva Qafas dwar l-ilma”), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri huma obbligati — sakemm ma tingħatax deroga — jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni ta’ proġett meta dan ikun ta’ natura tali li jkun jista’ jikkawża deterjorament tal-istat ta’ korp tal-ilma tal-wiċċ jew għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tistabbilixxi biss għan fil-qasam tal-ippjanar tal-immaniġġjar?

(2)

Il-kunċett ta’ “deterjorazzjoni tal-istat” li jinsab fl-Artikolu 4(1)(a)(i) tad-Direttiva Qafas dwar l-ilma għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri biss bidliet li jimplikaw klassifikazzjoni fi klassi inferjuri fis-sens tal-Anness V tad-direttiva msemmija?

(3)

Fil-każ li t-tieni domanda tingħata risposta negattiva, f’liema ċirkustanzi għandu jiġi konkluż li jkun hemm “deterjorazzjoni tal-istat” fis-sens tal-Artikolu 4(1)(a)(i) tad-Direttiva Qafas dwar l-ilma?

(4)

L-Artikolu 4(1)(a)(ii) u (iii) tad-Direttiva Qafas dwar l-ilma għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-Istati Membri huma obbligati — sakemm ma tingħatax deroga — jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni ta’ proġett meta dan jikkomprometti l-għan li jinkiseb stat tajjeb tal-ilmijiet tal-wiċċ jew potenzjal ekoloġiku tajjeb jew stat kimiku tajjeb tal-ilmijiet tal-wiċċ sad-data prevista minn din id-direttiva jew għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tistabbilixxi biss għan fil-qasam tal-ippjanar tal-immaniġġjar?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 275.

(2)  Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, id-Direttivi 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE, 2008/1/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 (ĠU L 140, p. 114).


Top