EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0177

Kawża C-177/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fil- 15 ta’ April 2011 — Syllogos Ellinon Poleodomon kai Chorotakton vs 1) Il-Ministru tal-Ambjent, tal-Ippjanar tat-territorju u tax-Xogħlijiet pubbliċi, 2) Il-Ministru tal-Ekonomija u tal-Finanzi u 3) Il-Ministru tal-Intern, tas-Servizz pubbliku u tad-Deċentralizzazzjoni

ĠU C 194, 2.7.2011, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fil-15 ta’ April 2011 — Syllogos Ellinon Poleodomon kai Chorotakton vs 1) Il-Ministru tal-Ambjent, tal-Ippjanar tat-territorju u tax-Xogħlijiet pubbliċi, 2) Il-Ministru tal-Ekonomija u tal-Finanzi u 3) Il-Ministru tal-Intern, tas-Servizz pubbliku u tad-Deċentralizzazzjoni

(Kawża C-177/11)

2011/C 194/14

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Symvoulio tis Epikrateias

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Syllogos Ellinon Poleodomon kai Chorotakton.

Konvenuti: 1) Il-Ministru tal-Ambjent, tal-Ippjanar tat-territorju u tax-Xogħlijiet pubbliċi, 2) Il-Ministru tal-Ekonomija u tal-Finanzi u 3) Il-Ministru tal-Intern, tas-Servizz pubbliku u tad-Deċentralizzazzjoni

Domanda preliminari

“Sa fejn id-dispożizzjoni tal-Artikolu 3(2)(b) tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ġunju 2001, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 157), tipprovdi li għandha ssir stima ambjentali għall-pjanijiet u l-programmi kollha ‘in vista ta’ l-effett fuq iż-żoni li x’aktarx, ġew stabbiliti biex jiksbu stima bis-saħħa ta’ l-Artikolu 6 jew 7 tad-Direttiva 92/43/KEE’, din għandha tiġi interpretata fis-sens li din tissuġġetta l-obbligu li pjan speċifiku jiġi sottomess għal stima ambjentali għall-kundizzjoni li jiġu sodisfatti, fir-rigward ta’ dan l-istess pjan, kundizzjonijiet li jippermettu li dan jiġi sottomess għal stima ambjentali fis-sens tad-Direttiva 92/43/KEE, u li, b’konsegwenza ta’ dan, l-imsemmija dispożizzjoni tad-Direttiva 2001/42/KE tippreżumi, hija ukoll, bħad-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq tad-Direttiva 92/43/KEE, li l-pjan jista’ jkollu effetti kunsiderevoli fuq żona speċjali ta’ konservazzjoni, filwaqt li tħalli lill-Istati Membri r-responsabbiltà li jipproċedu għall-evalwazzjoni korrispondenti fuq il-mertu? Jew inkella, din id-dispożizzjoni tal-Artikolu 3(2)(b) tad-Direttiva 2001/42, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-obbligu li ssir stima ambjentali skont din id-dispożizzjoni ma huwiex suġġett għall-kundizzjoni li jiġu sodisfatti kundizzjonijiet ta’ twettiq ta’ stima ambjentali fis-sens tad-Direttiva 92/43, jiġifieri għall-evalwazzjoni tal-eventwalità ta’ effetti kunsiderevoli fuq żona speċjali ta’ konservazzjoni, iżda li jeħtieġ sempliċement li jiġi kkonstatat li pjan speċifiku huwa marbut, minn naħa jew minn oħra, ma’ wieħed mis-siti msemmija fid-Direttiva 92/43, iżda mhux neċessarjament ma’ żona speċjali ta’ konservazzjoni, sabiex jitnissel l-obbligu li ssir tali stima ?”


Top