EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0270

Kawża C-270/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas- 16 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Session (Scotland), Edinburgh — ir-Renju Unit) — Macdonald Resorts Limited vs The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs (VAT — Sitt Direttiva 77/388/KEE — Eżenzjonijiet — Artikolu 13B(b) — Kiri ta’ proprjetà immobbli — Bejgħ ta’ drittijiet kuntrattwali li jistgħu jissarrfu fi dritt ta’ użu temporanju ta’ akkomodazzjoni għal vakanzi)

ĠU C 55, 19.2.2011, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Session (Scotland), Edinburgh — ir-Renju Unit) — Macdonald Resorts Limited vs The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs

(Kawża C-270/09) (1)

(VAT - Sitt Direttiva 77/388/KEE - Eżenzjonijiet - Artikolu 13B(b) - Kiri ta’ proprjetà immobbli - Bejgħ ta’ drittijiet kuntrattwali li jistgħu jissarrfu fi dritt ta’ użu temporanju ta’ akkomodazzjoni għal vakanzi)

2011/C 55/14

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Session (Scotland), Edinburgh

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Macdonald Resorts Limited

Konvenuti: The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs

Suġġett

Talba għal domanda preliminari — Court of Session (Scotland), Edinburgh — Interpretazzjoni tal-Artikoli 9(2)(a) u 13B(b) tad-Direttiva 77/388/KEE: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, p. 1) — Kunċett ta’ eżenzjoni tal-kiri ta’ proprjetà immobbli — Bejgħ, minn klabb ta’ vaganzi, ta’ punti li jagħtu d-dritt ta’ timeshare f’akkomodazzjoni ta’ vaganzi matul sena partikolari.

Dispożittiv

(1)

Il-provvisti ta’ servizzi mwettqa minn operatur bħar-rikorrenti fil-kawża prinċipali fil-kuntest ta’ sistema bħall-iskema ta’ “għażliet” fil-kawża prinċipali għandhom jiġu kklassifikati fil-mument li fih klijent li jipparteċipa f’tali sistema jsarraf id-drittijiet li huwa akkwista inizjalment f’servizz propost minn dan l-operatur. Meta dawn id-drittijiet jissarrfu f’akkomodazzjoni f’lukanda jew fi dritt ta’ użu temporanju ta’ residenza, dawn il-provvisti huma provvisti ta’ servizzi marbuta ma’ proprjetà immobbli fis-sens tal-Artikolu 9(2)(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid Direttiva tal Kunsill 2001/115/KE, tal 20 ta’ Diċembru 2001 li huma mwettqa fil-post fejn tinsab din il-lukanda jew din ir-residenza.

(2)

F’sistema bħall-iskema ta’ “għażliet” inkwistjoni fil-kawża prinċipali, meta l-klijent isarraf id-drittijiet li huwa akkwista inizjalment fi dritt ta’ użu temporanju ta’ residenza, il-provvista ta’ servizzi kkonċernata tikkostitwixxi kiri ta’ proprjetà immobbli fis-sens tal-Artikolu 13B(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KE, kif emendata bid Direttiva 2001/115/KE [li llum jikkorrispondi għalih l-Artikolu 135(1)(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud]. Madankollu, din id-dispożizzjoni ma tipprekludix lill-Istati Membri milli jeskludu din il-provvista mill-eżenzjoni.


(1)  ĠU C 267, 07.11.2009


Top