EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0172

Kawża C-172/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 25 ta’ Frar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Commissione tributaria provinciale di Roma — l-Italja) — Pontina Ambiente Srl vs Regione Lazio (Ambjent — Direttiva 1999/31/KE — Artikolu 10 — Taxxa speċjali għar-rimi ta’ skart solidu f’landfill — Issuġġettar tal-operatur ta’ landfill għal din it-taxxa — Spejjeż operattivi ta’ landfill — Direttiva 2000/35/KE — Interessi moratorji)

ĠU C 100, 17.4.2010, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Frar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Commissione tributaria provinciale di Roma — l-Italja) — Pontina Ambiente Srl vs Regione Lazio

(Kawża C-172/08) (1)

(Ambjent - Direttiva 1999/31/KE - Artikolu 10 - Taxxa speċjali għar-rimi ta’ skart solidu f’landfill - Issuġġettar tal-operatur ta’ landfill għal din it-taxxa - Spejjeż operattivi ta’ landfill - Direttiva 2000/35/KE - Interessi moratorji)

2010/C 100/02

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione tributaria provinciale di Roma

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pontina Ambiente Srl

Konvenuti: Regione Lazio

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Commissione tributaria provinciale di Roma — Interpretazzjoni tal-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma [landfill] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 228), tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/35/KE, tad-29 ta’ Ġunju 2000, dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard fi transazzjonijiet kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 226) u tal-Artikoli 12, 14, 43 u 46 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi taxxa speċjali fuq ir-rimi ta’ skart solidu f’landfill u li tobbliga lill-operatur tal-landfill sabiex iwettaq ħlas bil-quddiem ta’ din it-taxxa, iffissata skont il-kwantità ta’ skart mormi, u li hija dovut mis-suġġett li jarmi.

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma [landfill], kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ Settembru 2003, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta lill-operatur ta’ sit ta’ landfill għal taxxa li għandha tiġi rimborsata lilu mill-awtorità lokali li tarmi skart fil-landfill, u li tipprevedi penalitajiet kontrih fil-każ ta’ ħlas tardiv ta’ din it-taxxa, madankollu bil-kundizzjoni li din il-leġiżlazzjoni tkun akkumpanjata minn miżuri bl-għan li jiżguraw li r-rimbors tal-imsemmija taxxa jseħħ effettivament u fi żmien qasir u li l-ispejjeż kollha marbutin mal-irkupru u, b’mod partikolari, l-ispejjeż li jirriżultaw minn dewmien fil-ħlas tas-somom dovuti f’dan is-sens mill-imsemmija awtorità lokali lil dan l-operatur, inklużi kwalunkwe penalitajiet imposti fuq dan tal-aħħar minħabba dan id-dewmien, għandhom jiġu mgħoddija fil-prezz li għandha tħallas din l-awtorità lill-imsemmi operatur. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk dawn il-kundizzjonijiet humiex sodisfatti.

(2)

L-Artikoli 1, 2(1) u 3 tad Direttiva 2000/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ Ġunju 2000, dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard fi transazzjonijiet kummerċjali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li s-somom dovuti lill-operatur ta’ sit ta’ landfill minn awtorità lokali li tarmi skart fil-landfill, bħal dawk dovuti bħala rimbors ta’ taxxa, jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva u li l-Istati Membri għandhom għaldaqstant jiżguraw, skont l-Artikolu 3 tagħha, li jitħallsu interessi lil dan l-operatur fil-każ ta’ dewmien fil-ħlas, tal-imsemmija somom, attribwit lil din l-awtorità lokali.


(1)  ĠU C 183, 19.07.2008


Top